Malta Football Association
LEAGUES
Youths Section D
Results     Fixtures     Tables     Top Scorers     Teams     Players     News
NEWS:
Għada jibda l-Kampjonat BOV Premier, tal-Youths beda lbieraħ
Aug 18, 2016
Posted in:
General
BOV Premier League
Youths Section A
Youths Section B
Youths Section C
Youths Section D
Youths Section E

 

Għada, il-Ġimgħa 19 ta’ Awwissu, jibda l-Kampjonat BOV Premier għall-istaġun 2016/17, li se jara 12-il tim jipparteċipaw u li se jkun l-aħħar staġun b’dan l-ammont, u dan għaliex mill-istaġun li ġej il-Kampjonat BOV Premier jiżdied għal 14-il tim.

 

Għal dan l-istaġun, il-Kampjonat BOV Premier se jkun bħall-istaġuni passati, b’diversi partiti li jintwerew f’xandiriet diretti fuq TVM 2 u Melita Stars, xi ħaġa li kienet intlaqat tajjeb mill-klabbs u l-pubbliku sportiv inġenerali.

 

Valletta FC, iċ-champions tal-futbol Malti tal-aħħar staġun, jibdew id-difiża tat-titlu għada l-Ġimgħa fid-8.45pm f’partita kontra Sliema Wanderers FC, li ironikament rebħu l-FA Trophy l-istaġun li għadda. Qabel din il-partita, jilagħbu Gzira Utd kontra Tarxien Rainbows. Din il-partita tibda fis-6.30pm. Dawn iż-żewġ partiti jintlagħbu fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Hamrun.

 

Fl-istess ħin, jintlagħbu żewġ partiti oħra fil-Hibernians Stadium. Fis-6.30pm tintlagħab il-partita bejn Birkirkara FC u St. Andrew’s FC u fit-tieni partita, Hibernians FC jilagħbu kontra Hamrun Spartans FC.

 

Is-Sibt ikollna żewġ partiti oħra li jagħlqu l-ewwel ġimgħa. Dawn ikunu Floriana FC kontra Pembroke FC u Balzan FC kontra Mosta FC. Il-partiti jintlagħbu fis-6.30pm u fit-8.30pm rispettivament fil-Hibernians Stadium. 


 

Intant, ilbieraħ beda wkoll il-Kampjonat tal-Youths tal-MFA fejn kellna l-ewwel ħames partiti b’dawn ir-riżultati:

Section A

Balzan vs Birkirkara 0-1

Valletta vs Mosta 1-1

Hibernians vs Vittoriosa 6-1

St Andrew’s vs Pieta’ 2-0

Pembroke vs Sliema 0-3

 

Section B

Zabbar vs Hamrun 0-0

Official Sponsors
Commercial Partners