Archives

BOV Super Cup Final – Valletta FC vs Birkirkara FC

Published: 07-08-2014 08:35
image1 (102)
Il-Malta Football Association tavża li l-finali tal-BOV Super Cup bejn Valletta FC u Birkirkara FC tintlagħab il-Ġimgħa 8 ta’ Awwissu 2014, fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, u tibda fis-7.30pm.   L-Istadium se jiftaħ fis-6.00pm u l-allokazzjoni tal-partitarji se tkun imqassma hekk:West A – Birkirkara FCWest C – Valletta FCMillennium D – Valletta FC u partitarji newtrali Id-dħul fl-Istadium Nazzjonali jsir bil-cards elettroniċi tal-istaġun 2014/15 biss u bil-biljetti kif jidher hawn taħt: Il-prezzijiet tad-dħul se jkun ta:Adulti - €7Karta Anzjan - €4Tfal taħt it-12-il sena - €1 Il-biljetti tad-dħul jinxtraw biss qabel il-partita mit-ticket booths li jinfetħu fis-6.00pm.