Archives

Pisani promoss fl-ewwel kategorija tar-referees tal-UEFA

Published: 18-12-2014 13:55
image1 (102)
image2 (33)
Clayton Pisani, ir-referee lokali Malti, kien promoss fl-ewwel kategorija tar-referees tal-UEFA. Dan tħabbar dalgħodu f'konferenza stampa organizzata mill-Malta Football Association u li fiha ndirizzaw lill-media lokali Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali, Alex Manfre', Viċi President u Adrian Casha, Direttur tar-Refereeing tal-MFA. Din se tkun l-ewwel darba wara 20 sena li Malta se jkolla referee li laħaq dan il-livell, li jfisser tarġa biss qabel il-kategorija 'Elite'. Fl-istess konferenza tħabbar li Alan Mario Sant, referee lokali ieħor, ġie promoss għat-tieni kategorija tar-referees tal-UEFA. Tħabbar ukoll li Malta reġgħet akkwistat ir-raba' siġġu tagħha fuq il-FIFA Referees Panel u dan se jimtela' minn Adrian Azzopardi li issa jingħaqad ma' Marco Borg, Clayton Pisani u Alan Mario Sant.