Archives

Imut Joe Cassar Naudi

Published: 17-02-2015 10:45
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
Joe Cassar Naudi, eks-referee internazzjonali Malti u Membru Onorarju tal-Assoċjazzjoni, miet matul il-lejl li għadda fl-eta' ta' 89 sena. Is-Sur Joe kien sar referee tal-MFA fl-1945. Fl-1955 inħatar President tal-Malta Football Referees Association, kariga li dam jokkupa sal-1974.   Fl-1961 kien wieħed mill-ewwel tliet referees Maltin li ngħataw il-Badge tal-FIFA u l-ewwel referee Malti li rreffja partita kompetittiva tal-UEFA f'Panathinaikos, il-Greċja. Irreffja ħames darbiet il-Finali tal-FA Trophy bejn l-1951 u l-1973. Għal hafna snin kien inkarigat mill-appuntamenti tar-referees u l-match inspectors, illum imsejħa referee observers. Fl-1992 ingħata l-Midalja Għall-Qadi tar-Repubblika.  Sal-istaġun 2013-2014 kien jokkupa l-kariga ta’ Deputy Chairman fir-Referees’ Committee.  Fi tmiem l-istaġun li għadda, l-MFA ippreżentat ‘The Outstanding Refereeing Services Award’ lis-Sur Cassar Naudi għas-snin twal ta’ servizz lis-settur tar-refereeing bejn l-1945 u l-2014. Il-funeral tas-Sur Joe Cassar Naudi jsir il-Ħamis 19 ta’ Frar 2015 fil-Knisja Parrokkjali tal-Imsida, fis-2.30pm.