Archives

Futbol tan-nisa: Malta vs Azerbaijan, illum fis-7.00pm

Published: 25-11-2015 13:50
image1 (102)
 Selezzjoni Maltija ta'plejers femminili, li kollha kemm huma jagħmlu parti mit-timijiet nazzjonali Malti, illum jilagħbu partita ta' ħbiberija kontra t-tim nazzjonali tal-Azerbaijan ta' taħt id-19-il sena. Il-partita tibda fis-7.00pm u tintlagħab fis-Centenary Stadium. Din se tkun l-ewwel partita minn tnejn pjanati bejn iż-żewġ timijiet. Il-partita l-oħra tintlagħab il-Ġimgħa fis-7.00pm fl-istess ħin u fl-istess stadium. It-tim nazzjonali tal-Azerbaijan wasal f'pajjiżna t-Tnejn li għadda u kemm idum f'pajjiżna e jitħarreġ tliet darbiet. L-ewwel sessjoni ta' taħriġ kienet ilbieraħ filgħodu u jkollu sessjoni oħra dalgħodu u jkollu oħra l-Ġimgħa filgħodu. It-tliet sessjonijiet isiru fis-Centenary Stadium u jibdew fl-10.30am.  Mark Gatt, kowċ nazzjonali Malti, sejjaħ din l-ikwadra għal dawn iż-żewġ partiti: GowlkipersRachelle Lynn Borg, Hollie Clare Vella, Janice Xuereb DifensuriRebecca D'Agostino, Stephania Farrugia, Jade Flask, Ann-Marie Said, Alishia Sultana, Yasmeen Marie Vella, Gabriella Zahra, Charlene Zammit MidfieldersBrenda Borg, Francesca Chircop, Rachel Cuschieri, Mandy Debono, Amber Grech, Kimberly Parnis, Antoinette Sammut, Dorianne Theuma, Emma Xuereb, Shona Zammit AttakkantiKelly Grace Agius Pace, Martina Borg, Ylenia Carabott