Archives

Stqarrija fuq il-kumpanija 'Federbet'

Published: 04-12-2015 15:30
image1 (102)
 Bħala segwitu għar-rapporti li kienu saru fuq ġurnali lokali f’Ġunju li għadda fejn il-Membru Parlamentari Ewropew Belġjan, Marc Tarabella ġie rrapurtat li kien għamel allegazzjonijiet fil-Parlament Ewropew li kien hemm diversi kampjonati tal-futbol fl-Ewropa, fosthom il-kampjonat Malti, li kienu mifnija bil-korruzzjoni għal skopijiet ta’ logħob tal-azzard, liema allegazzjonijiet kienu bbażati fuq rapport magħmula mis-soċjeta’ Belġjana ‘Federbet’, il-Malta Football Association tavża li saret laqgħa, l-Erbgħa 2 ta’ Diċembru 2015,fil-bini tal-Parlament Ewropew,fi Brussell.  Għal din il-laqgħa, li kienet organizzata mill-MPE Dr Therese Comodini Cachia, attendewmagħhaFranz Tabone, Integrity Officer tal-MFA, Francesco Baranca, Segretarju Ġenerali ta’ ‘Federbet’, il-MPE Belġjan Marc Tarabella. F’din il-laqgħa, li saret proprju biex jiġi spjegat lid-delegazzjoni Maltija minn ‘Federbet’ dak li kien qed jiġi allegat,ħareġ b’mod ċar li l-allegazzjonijiet li ‘Federbet’ għamlet fir-rigward ta’ korruzzjoni fil-kampjonat Malti ma kinitx ibbażata fuq informazzjoni tanġibbli li jistgħu jgħinu lill-MFA tikkumbatti l-korruzzjoni fil-futbol, iżda għamlet dawn l-allegazzjonijiet purament għall-iskopijiet kummerċjali tagħha. Il-Malta Football Association tixtieq tirrimarka li ‘Federbet’ hija soċjeta’ li daħlet fin-negozju tal-monitoraġġ tal-betting patterns tal-partiti tal-futbol u qiegħda f’kompetizzjoni ma’ soċjetajiet oħra li huma partners uffiċjali tal-UEFA u tal-MFA. Din is-soċjeta’ qed tipprova ġġib ir-rikonoxximent minn diversi assoċjazzjonijiet tal-futbol billi tagħmel allegazzjonijiet fuq korruzzjoni permezz tal-MPE Tarabella b’dikjarazzjonijiet sensazzjonali li m’humiex ibbażati fuq fatti konkreti. Il-fatti juru li s’issa,‘Federbet’,ma rnexxiliex iġġib tali rikonoxximent minn assoċjazzjonijiet tal-futbol oħra u s-sentiment tal-MFA huliaġir irresponsabbli min-naħa ta’ din is-soċjeta’ u l-MPE Tarabella li jagħmlu dawn it-tip ta’ allegazzjonijiet infondatihupurament biex ‘Federbet’ tipprova tkabbar in-negozju tagħha. Il-Malta Football Association terġa’tisħaqli tinsabsodisfatta bix-xogħol li qed isir mill-partners uffiċjali tagħha u mill-Pulizija ta’ Malta u se tibqa’ viġilanti għal kull informazzjoni u inizjattiva li tista’ tgħin fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fil-futbol Malti,tiġi minn fejn tiġi. Fl-aħħarnett,l-MFA tirringrazzja lill-MPE Dr. Therese Comodini Cachia,talli qed tagħmel dak kolllu possibbli biex tgħin lill-MFA f’dan l-aspett.