Archives

Legia Warsaw FC f’Malta

Published: 08-01-2016 16:45
image1 (102)
 Il-Malta Football Association, f’isem Malta Football Camps, tavża li Legia Warsaw FC, il-klabb Pollakk, għada s-Sibt 9 ta’ Jannar 2016, jasal f’Malta għall-‘training camp’. Legia Warsaw FC se jkunu alloġġjati fil-lukanda Radisson Golden Sands, f’Għajn Tuffieħa, u se jdumu f’pajjiżna sat-22 ta’ Jannar 2016.  Fil-jiem li se jagħmlu fostna, Legia Warsaw FC se jilagħbu żewġ partiti ta’ ħbiberija kontra żewġ klabbs Maltin. Id-dettalji ta’ dawn il-partiti jiġu żvelati fil-jiem li ġejjin. Fil-preżent, Legia Warsaw FC jinsabu fit-tieni post tal-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni tal-Polonja, b’40 punt minn 21 partita. Huma pparteċipaw fil-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League ta’ dan l-istaġun u kienu fi Grupp D iżda sfaw eliminati. Huma kellhom magħhom fl-istess Grupp lil SSC Napoli, FC Midtylland u Club Brugge KV.