Archives

Football Physical Trainer Course Level 1

Published: 08-02-2016 09:45
image1 (102)
image2 (33)
 Iċ-Ċentru Tekniku tal-Malta Football Association javża li fiż-żmien li ġej se jerġa’jiġi organizzat il-kors tal-Football Physical Trainer. Dan il-kors se jkun tal-Ewwel Livell. Il-kors se jiffoka esklussivament fuq il-preparazzjoni fiżika tal-plejers u s-sessjonijiet isiru fis-sala taċ-Ċentru Tekniku tal-MFA, fil-gym u anki fit-training grounds. F’dan il-kors se jiġu diskussi diversi suġġetti varji bħar-rikjesti fiżiċi ta’ plejer tal-Youths, il-kundizzjoni tal-plejer, kif tevita’ xi injury lill-plejer u kif tara li l-kundizzjonijiet ta’ fejn se jilgħab il-plejer ikunu tajbin. Għal aktar informazzjoni, wieħed għandu jċempel lill-MFA fuq in-numru 2338 6000 u jistaqsi għal Joe Mallia.