Archives

Il-UEFA Club Licensing & Financial Fair Play Annual Workshop f’Malta

Published: 15-03-2016 10:35
image1 (102)
 F’notifika li bagħtet il-UEFA lill-Malta Football Association, tinfurmaha li apprezzat il-fatt li nospitaw f’pajjiżna l-Workshop tal-UEFA Club Licensing & Financial Fair Play. Il-UEFA kkonfermat li aċċettat din l-istedina u se tkun qed tagħmel dan f’Malta bejn il-21 u t-23 ta’ Settembru. Mal-140 parteċipant, li jirrapreżentaw 54 Assoċjazzjoni fl-Ewropa, il-FIFA u konfederazzjonijiet oħra se jkunu mistiedna biex jieħdu sehem f’din il-laqgħa li tipprovdi lil dawk liċenzjati bl-aħħar żviluppi mal-liċenzjar tal-klabbs u kif ukoll l-opportunita’ għall-esperjenzi u l-aqwa prattiċi possibbli. Il-UEFA rringrazzjat lil Mario Gauci u lil Joe Cassar li qegħdin jgħinu bi sħiħ biex dan il-Workshop ikun suċċess u fdat lil Tanja Mougin bir-responsabbilta’ tal-organizazzjoni ta’ dan il-workshop. Il-UEFA ttemm tgħid li hu unur għalihom li aċċettaw li dan il-workshop isir f’Malta u li għal darb’oħra se terġa’ tkun okkażjoni għall-UEFA li jiskopru s-sbuħija ta’ pajjiżna.