Archives

Anti-Corruption & Transparency Experts’ Task-Force

Published: 27-04-2016 17:30
image1 (102)
image2 (33)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
 It-Tnejn 25 ta’ April 2016, saret it-tielet laqgħa tal-Anti-Corruption & Transparency Experts’ Task-Force, li ħolqot il-Malta Football Association u li fiha, l-esperti fil-qasam jagħmlu networking f’kumitat li l-għan tiegħu hu dak li jagħmel proposta lill-Parlament Malti ta’ Pjan ta’ Azzjonali Nazzjonali li jolqot erba’ aspetti. Dawn jinkludu prevenzjoni u edukazzjoni, leġiżlazzjoni, regolamentazzjoni sportiva, investigazzjoni u infurzar.   It-Task-Force qed taħdem biex hekk kif ġara f’pajjiżi oħra tkun kostitwita pjattaforma nazzjonali li tibda taħdem biex tiġġieled il-korruzzjoni fl-isport u mhux biss fil-futbol, għalkemm kienet l-MFA li ħadet l-ewwel inizzjattiva li tgħaqqad dan il-kumitat fuq proposta tal-Kumitat Eżekuttiv tal-istess Assoċjazzjoni.   Għal din il-laqgħa attendew Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-MFA, Dr Chris Bonett, Viċi President tal-MFA, Dr Adrian Camilleri, Prosekutur tal-MFA, Franz Tabone, Integrity Officer tal-MFA, Dr Carmelo Abela, Ministru tal-Intern u Sigurta’ Nazzjonali, Is-Sur Chris Agius, Segretarju Parlamentari għall-Isport, Riċerka, Żgħażagħ u Innovazzjoni, Dr Jason Azzopardi, Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja, Dr Karl Brincat, Malta Gaming Authority Senior Legal Advisor, Dr Domenic Micallef, Malta Gaming Authority, Chief Investigations & Enforcement Officer, Is-Sur David Agius, Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport, Is-Sur Sean Scicluna u s-Sur Ian Abdilla, mill-Pulizija ta’ Malta u Dr Karen Zammit Southernwood, minn SportMalta. Bjorn Vassallo, li mexxa u fetaħ din il-laqgħa, fakkar fid-Dikjarazzjoni ta’ Intenti ffirmata mill-entitajiet kollha fi ħdan it-Task Force u li permezz tagħha t-Task Force għamlet pubbliku l-objettiv prinċipali tagħha. Vassallo qal ukoll li matul l-aħħar xhur tlesta x-xogħol tal-Working Groups dwar l-erba’ aspetti (elenkati qabel f’din l-istqarrija) li t-Task-Force qiegħda taħdem fuqhom. Wara l-introduzzjoni ta’ Bjorn Vassallo bħala Chairman tat-Task-Force, tkellem Dr Chris Bonett, Viċi President tal-MFA, li mexxa l-working group dwar il-Leġiżlazzjoni, Investigazzjoni u Infurzar, fejn spjega x-xogħol li sar u ppreżenta rapport voluminuż u tekniku lill-kamra. Id-diskussjoni kompliet fit-tul b’interventi varji minn dawk preżenti fuq suġġetti relatati fosthom il-Konvenzjoni Ewropeja fuq il-Manipulazzjoni ta’ Kompetizzjonijiet Sportivi. Laqgħa plenarja oħra tat-Task-Force mistennija ssir fil-bidu ta’ Mejju.