Archives

Finali tal-Futsal tal-iskejjel tal-bniet 2015/16

Published: 11-05-2016 13:00
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
Ilbieraħ 10 ta’ Mejju intlagħbet il-fażi finali tal-kompetizzjoni tal-Futsal għall-iskejjel tal-bniet, fil-Padiljun tal-Assocjazzjoni Sportiva Hibernians, organizzat mill-Isport Promotion Unit (SPU) fi ħdan SportMalta u d-Direttorat għall-Kwalita’ u Standards tal-Edukazzjoni (DQSE) flimkien mad-Dipartiment tal-Grassroots fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-Malta Football Association (MFA).  Ħadu sehem fil-fażi finali l-iskejjel Sekondarji  ta’ Pembroke (Kulleġġ Santa Klara), l-Iskola Nazzjonali tal-Isport u l-Iskola ta’ Our Lady Immaculate. Il-logħob kien missielet u ta’ kwalita tajba.  Ir-referees ikkontrollaw il-logħob u fosthom kien hemm ir-referee mara Dora Jakab. Il-klassifika finalitaqra hekk: SkwadraTKlassifikaSkola Nazzjonali ta’ l-Isport121Skola Sekondarja Pembroke (KulleġġSanta Klara)32Immakulata Kunċizzjoni33 Ingħata wkoll premju għall-Fair Play, fejn it-tfajliet urew imġieba sportiva tajba ħafna. Il-klassifika tal-Fair Play hija din: SkwadraTKlassifikaSkola Nazzjonali ta’ l-Isport321Immakulata Kunċizzjoni302Skola Sekondarja Pembroke (KulleġġSanta Klara)283 L-organizzaturi jirringrazzjaw il-parteċipanti mill-iskejjel kollha, l-Assoċjazzjoni Sportiva Hibernians li ġentilment provdew il-faċilitajiet tagħhom, TeamSport u GSD Marketing Ltd. tal-għajnuna materjali tagħhom. L-MFA u l-entitajiet Edukattivi u Sportivi jittamaw li l-parteċipazzjoni tal-bniet tkompli tiżdied biex dan it-tournament ikompli jikber u jgħin ikattar il-football tat-tfajliet.