Archives

It-tim nazzjonali jasal f'Villach

Published: 29-05-2016 18:05
image1 (102)
Mark Atttard, Media Officer It-tim nazzjonali Malti, ftit tal-ħin ilu, wasal f'Villach, l-Awstrija, it-tieni lokalita' tiegħu f'dan it-training camp ta' ftit aktar minn ġimgħa. Malta tilgħab it-tieni partita ta' ħbiberija t-Tlieta 31 ta' Mejju fid-8.45pm fil-Worthersee Arena, f'Klagenfurt. Il-kontinġent tħarreġ dalgħodu għall-aħħar darba f'Worgl, fejn kien alloġġjat sal-lejl li għadda biex wara l-ikla ta' 12.00pm, għal ħabta tas-1.30pm, beda vjaġġ pjuttost twil ta' erba' sigħat.  It-triq bejn Worgl u Villach hi kważi kollha kemm f'nofs il-muntanji u s-siġar u n-natura sabiħa li jaf joffri pajjiż bħall-Awstrija.  Il-kumplament tal-programm tal-lejla se jkun wieħed ħafif bl-ikla ta' filgħaxija u serħan fil-kmamar biex minn għada filgħodu jerġa' jibda s-solitu taħriġ intensiv li se jwassal għall-partita tat-Tlieta li ġej. Awstrija vs Malta tixxandar dirett fuq TVM 2.