Archives

UEFA CL: Valletta FC 1 vs Crvena Zvezda 2

Published: 12-07-2016 17:00
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
 Valletta FC kellhom wirja tajba ħafna iżda mhux biżżejjed biex ikollha riżultat pożittiv  kontra l-Crvena Zvezda ta' Belgrad, jew inkella kif inhuma magħrufa Red Star Belgrade. Huma sfaw megħluba 2-1, anki jekk kienu gowl minn fuq sa tmiem l-ewwel taqsima. Il-gowl tal-Beltin skurjaw Falcone wara 15-il minuta logħob u l-Beltin kellhom gowl imħassar għall-offside ineżistenti lejn l-aħħar tal-ewwel taqsima. Is-Serbi żiedu l-pressjoni tagħhom fit-tieni taqsima u skurjaw darbtejn u dawru r-riżultat. Fit-tieni taqsima, Valletta FC kellhom ċans tajjeb li jġibu d-draw meta dak li deher penalty ċar għal kulħadd, tħalla għaddej qisu qatt ma kien xejn mir-referee tal-partita. Valletta FC jilagħbu t-tieni leg f'Belgrad it-Tlieta li ġej.