Archives

Membri Overall: Eletti Cutajar u Falzon

Published: 30-07-2016 13:20
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
Fl-ewwel elezzjoni tal-Membri tal-Eżekuttiv Overall, kienu eletti Michael Cutajar f'isem St. George's FC u Paul Falzon, f'isem St. Andrew's FC.  Għal din l-elezzjoni kienu eliġibbli biex jivvutaw 128 persuna, li minnhom ivvutaw 127, u kien hemm vot wieħed invalidu. Cutajar kien l-aktar kandidat li ġab voti, eżattament 75 li jfissru 59.05% tal-Kamra. Falzon ġab 71 vot li jfissru 55.90% tal-Kamra. Iż-żewġ kandidati l-oħra, Joseph Borg, f'isem Hamrun Spartans u Mauro Miceli, f'isem Swieqi FC ġabu ammont sabiħ ta' voti iżda ma kienux eletti. Borg ġab 51 vot li jfissru 40.15% u Miceli ġab 40 vot, li jfissru 31.49%.