Fl-elezzjoni tal-Members Association, kellhom jiġu eletti żewġ membri minn erba' u dawn kienu Mark Borg, mis-settur tal-Futsal u Frans Muscat, mis-settur tal-IASC. Iż-żewġ membri l-oħra li naqsu li jiġu eletti kienu Lino Bartolo, mid-District League u JB Grech, mill-Beach Soccer. Mark Borg ġab 67 vot li huma 52.75% u Frans Muscat ġab 66 vot li huma 51.96%. Lino Bartolo ġab 63 vot jew 49.60% u JB Grech ġab 30 vot li huma 23.62%. Għal din l-elezzjoni kienu eliġibbli li jivvutaw 128 persuna. Voti validi kien hemm 127 u vot wieħed invalidu.