Archives
Finali BOV Super Cup: Valletta FC 2 Sliema Wanderers 1
Published: 22-12-2016 08:15Valletta FC rebħu l-aħħar partita tas-sena 2016 kontra Sliema Wanderers FC bl-iskor ta' 2-1, li fissret ukoll l-aħħar unur tal-istaġun bit-trofew tas-Super Cup. Din il-partita ntlagħbet f'atmosfera sabiħa ħafna u f'sens ta' fair play tant li żewġ settijiet ta' plejers stennew wieħed lill-ieħor biex jieħdu b'idejn xulxin waqt il-preżentazzjoni tar-runners up u r-rebbieħa. Sliema Wanderers FC fetħu l-aħjar u marru fil-vantaġġ fl-20 minuta b'gowl minn Jean Paul Farrugia. Il-Beltin ġabu l-gowl tad-draw minn Steve Borg fl-34 minuta. Il-gowl tal-vantaġġ li kellu jkun dak tar-rebħa wasal fil-45 minuta minn Umeh Calistus. Din ir-rebħa tagħt it-trofew tal-BOV Super Cup lil Valletta FC għaħ 11-il darba fl-Istarja tagħhom.