Archives

Isir il-festin tal-Milied tal-MFA

Published: 22-12-2016 08:40
image1 (102)
image2 (33)
image3 (16)
image4 (101)
image5 (118)
image6 (142)
Ilbieraħ filgħaxija, sar il-festin annwali li l-Malta Football Association torganizza kull sena. Għal dan il-festin kienu mistiedna dawk il-persuni kollha li jagħmlu parti mill-futbol Malti, l-MFA, il-klabbs lokali kollha u l-Assoċjazzjonijiet Membri. Mistiedna oħra kienu diversi persuni li jaħdmu id f'id mal-Assoċjazzjoni matul is-sena. L-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca, President ta' Malta, flimkien ma' żewġha, is-Sur Edgar Preca, kienu mistiedna għal dan il-festin. Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, ippreżenta ċekk ta' 12,000euro lill-President ta' Malta bħala għotja għall-Istrina 2016.