Il-Malta Football Association turi sogħba għall-mewt tas-Sur Lino Arrigo Azzopardi, fotografu u kontributur tar-ritratti tal-futbol Malti u t-tim nazzjonali. L-MFA tibqa’ tiftakar lis-Sur Arrigo Azzopardi bħala persuna professjonali u li kien ilu akkreditat bħala fotografu mal-Assoċjazzjoni għal snin twal. Is-Sur Arrigo Azzopardi kien persuna ta’ ftit kliem li dejjem għen lil kulħadd bir-ritratti tiegħu, inkluż lill-Assoċjazzjoni. L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Arrigo Azzopardi.