Archives

Il-kbar ma jfallux

Published: 29-11-2013 09:15
image1 (102)
It-timijiet tal-BOV Premier League u anki dawk li bdew il-konfront tagħhom bħala l-favoriti li jirbħu u jikkwalifikaw, irnexxilhom jagħmlu dan fil-partiti tat-tielet rawnd li ntlagħbu bejn il-Ħadd li għadda u lbieraħ, f’diversi stadiums rispettivi madwar Malta.  Ilbieraħ, kellna sitt partiti li ntlagħbu fi tliet stadiums differenti. Fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali, Tarxien Rainbows għelbu lil Mellieħa 1-0, waqt li Sliema Wanderers għelbu lil Zebbug Rangers 3-1. Fil-Victor Tedesco Stadium, Valletta għelbu lil Melita 3-1, waqt li Mosta għelbu lil Lija Athletic 2-1. Fis-Sirens Stadium kellna żewġ partiti oħra fejn kienu nvoluti timijiet Għawdxin. Fl-ewwel partita, Floriana ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1 kontra Victoria Hotspurs waqt li fit-tieni partita, Qormi sabu diffikulta’ kbira u għelbu lil SK Victoria Wanderers b’gowl fil-ħin barrani wara li d-90 minuta ntemmet fi skor ta’ 0-0. It-Tlieta wkoll kellna sitt partiti oħra li ntlagħbu fl-istess tliet stadiums. Fis-Centenary Stadium, Naxxar Lions għelbu lil Gudja 3-0, waqt li fil-partita ta’ wara Hibernians għelbu bi skor faċli ta’ 6-1 lil Sengle Athletic. Fil-Victor Tedesco Stadium, Balzan Youths għelbu lil Birzebbuga St. Peters bi skor ta’ 5-2 u ċ-champions Birkirkara għelbu lil Vittoriosa Stars 4-1, wara li kienu sabu ruħhom gowl minn taħt. Fis-Sirens Stadium, Kerċem Ajax kien l-uniku tim Għawdxi li kwalifika għar-rawnd li jmiss b’rebħa tajba ta’ 5-1 fuq Mdina Knights. Eżatt wara, Rabat Ajax għelbu lil Sirens 3-1. Il-Ħadd kellna erba’ partiti oħra mir-raba’ rawnd ta’ kwalifikazzjoni. Fil-Luxol Stadium, Gzira Utd għelbu lil Pembroke Athleta bi skor ta’ 1-0 u St. Andrew’s għelbu lil San Gwann bi skor ta’ 2-1. Fis-Sirens Stadium, St. George’s għelbu lis-Siggiewi bi skor faċli ta’ 6-0 waqt li Pieta’ Hotspurs għelbu lil Mqabba bi skor ta’ 1-0. Mark AttardMalta Football AssociationPress Officer