Archives

FA Trophy: Sliema Wanderers kontra Mosta, Valletta kontra San Gwann

Published: 25-10-2016 14:15
Competitions
image1 (102)
image1 (102)
image3 (16)
image3 (16)
image5 (118)
image5 (118)
image6 (142)
image6 (142)
 Sliema Wanderers FC, ir-rebbieħa tal-FA Trophy tal-istaġun li għadda, itellgħu biex jilagħbu kontra Mosta, klabb ieħor tal-Kampjonat BOV Premier, f’dik li tista’ tkun waħda mill-partiti li tofri emozzjonijiet f’dan it-Tielet Rawnd. Min-naħa l-oħra, iċ-Champions Valletta ttellgħu f’polza kontra San Gwann. Il-poloz kollha tat-Tielet u r-Raba’ Rawnd ittellgħu proprju llum wara nofsinhar fil-12.15pm, fis-sala tal-konferenzi tal-Isadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, fejn għal din il-konferenza attendew diversi klabbs u ġurnalisti li quddiemhom kienu jafu li se jkollhom it-trofew il-ġdid dispost għall-ewwel darba, u lil Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali, f’dik li wisq probabbli kienet l-aħħar konferenza stampa tiegħu qabel ma jibda esperjenza ta’ xogħol ġdid mal-FIFA.  Vassallo fetaħ il-konferenza billi qal li fil-futur, jixtieq li jkompli jara lill-MFA li minn kull partita futbol tagħmel esperjenza sabiħa kemm għall-klabbs, kemm għall-partitarji u anki għall-ġurnalisti preżenti. “Ninsabu f’fażi interessanti tal-kompetizzjoni. U dan għax meta jidħlu fiha l-klabbs tal-Premier jibda xi ftit akkaniżmu ż-żejjed. L-istorja dejjem tisserja xi ftit. L-FA Trophy tintlagħab fuq partita waħda u jekk fil-ġurnata toħroġlok partita tajba, kull tim jista’ jirbaħ lil kulħadd. “Rajna timijiet żgħar jissorprendu. Is-sena l-oħra kellna lil Sliema Wanderers li ħadd qatt ma basar li se jirbħu din il-kompetizzjoni. L-importanti li fil-futbol ma tieqaf qatt toħlom li tista’ tasal tirbaħ xi ħaġa,” qal Vassallo. Vassallo spjega l-fatt li din is-sena se tkun okkażżjoni speċjali. U dan minħabba l-fatt li t-trofew hu wieħed ġdid li nġieb mill-Ingilterra u nħadem apposta biex jieħu post it-trofew il-qadim. “Is-sena l-oġra kienet okkażjoni speċjali għax it-trofew l-antik ingħata l-aħħar darba. Din is-sena okkażjoni speċjali oħra għax it-trofew il-ġdid se jingħata l-ewwel darba,” temm Vassallo. Il-kamra għaddiet għat-tlugħ tal-poloz u dan tħalla bħas-soltu f’idejn id-Deputat Segretarju Ġenerali, Rodney Pisani. Pisani qal li t-Tielet Rawnd se jintlagħab bejn id-29 u t-30 ta’ Novemrbu u t-13 u l-14 ta’ Diċembru. Il-poloz telgħu hekk:1.       Valletta vs San Gwann2.       Gharghur vs Tarxien R3.       Floriana vs Birzebbuga4.       St Andrew’s vs Birkirkara5.       Balzan vs Zebbug R6.       Senglea A vs Hibernians 7.       SK Victoria W vs Mgarr Utd8.       Nadur Y vs Hamrun S9.       Victoria S vs Gzira Utd10.   Sirens vs Pembroke11.   Marsa vs Xewkija T12.   Swieqi vs Qrendi13.   Sliema W vs Mosta14.   Siggiewi vs Mqabba15.   Victoria H. Vs Ghajnsielem16.   Pieta’ H vs Lija A. Il-poloz tar-Raba’ Rawnd huma dawn:Rebbieħ 13 vs Rebbieħ 12Rebbieħ 16 vs Rebbieħ 2Rebbieħ 9 vs Rebbieħ 6Rebbieħ 3 vs Rebbieħ 15Rebbieħ 11 vs Rebbieħ 10Rebbieħ 8 vs Rebbieħ 14Rebbieħ 5 vs Rebbieħ 1Rebbieħ 7 vs Rebbieħ 4