Archives

STQARRIJA TAL-MALTA FOOTBALL ASSOCIATION

Published: 31-07-2013 11:35
image1 (102)
image1 (102)
Il-Malta Football Association tavża li fil-Laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tat-30 ta’ Lulju 2013, ġie deċiż li se jinħarġu akkużi ulterjuri fil-konfront  tas-Sinjuri Elton Borg u Julian Friggieri, li kienu jservu fil-Kumitat ta’ Hamrun Spartans FC  għall-involviment tagħhom f’attentat ta’ korruzzjoni fil-konfront ta’ plejers,bl-intenzjoni li jinfluwenzaw jew ibiddlu b’mod anti-sportiv il-perkors naturali jew ir-riżultat ta’ partiti tal-futbol domestiku fl-istaġun 2012/13.  Dan ifisser li se jinħarġu akkużi ulterjuri wkoll fil-konfront ta’ Hamrun Spartans FC. Ser tinhareg akkuza kontra il-plejer Roderick Fenech talli rrizulta waqt l-investigazzjoni li huwa kien jaf b’attentat dirett ta’ korruzzjoni u ma rraportax l-akkadut lill-MFA skont ir-regoli taghha; Illi, oltre dan, il-Prosekutur tal-MFA se johrog conditional exemption order minn kwalunkwe azzjoni li seta’ ttiehed fil-konfront tal-plejer Gianluca Calabretta f’dana l-kaz, talli kkollabora bis-sħiħ mal-Prosekutur tal-MFA fl-investigazzjonijiet. Il-Prosekutur irtira ukoll l-akkużi li kienu inizzjalment ħarġu kontra Gianluca Calabretta, kif ukoll rrakomanda t-tneħħija tas-sospensjoni temporanja li kienet ġiet imposta fuq il-plejer u  dana peress illi minn investigazzjoni ulterjuri deher illi l-plejer ma kienx nvolut f’dawn l-attentati. Għaldaqstant, il-plejer Gianluca Calabretta, li f’din il-kwistjoni kien assistit mill-Avukat Jason Azzopardi, jista’, b’effett immedjat, jerġa’ jieħu sehem sħiħ fl-attivitajiet kollha tal-futbol.    Mark AttardMalta Football AssociationPress Officer