Malta Football Association
Kondoljanzi
Dec 3, 2012
Posted by:

 

 

Il-Malta Football Association turi s-sogħba għall-mewt tas-Sur George Micallef, magħruf bħala ‘il-Bobby’, persuna li għal snin twal ħadem u ta kontribut kbir lill-futbol Malti u lill-MFA.

 

George Micallef kien ġentlom ta’ vera li ħabb il-futbol Malti b’passjoni kbira. Hu ħadem bħala ‘Grounds Manager’ tal-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali, bħala Membru tal-Kunsill f’isem il-klabb ta’ Qormi FC u bħala Assistent Teżorier tal-MFA.

 

Micallef kien ġentlom u raġel serju ħafna fix-xogħol tiegħu, li ħabb il-futbol Malti b’passjoni kbira. Hu jibqa’ mfakkar bħala persuna ta’ għajnuna sinċiera għall-kollegi tiegħu fuq il-post tax-xogħol u anki fil-ħajja normali ta’ kuljum.

 

Il-funeral tas-Sur Micallef isir għada t-Tlieta, 4 ta’ Diċembru, b’quddiesa fil-knisja ta’ Santa Liena f’Birkirkara, fid-9.00am.

 

L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Micallef f’mument daqstant diffiċli.

Official Sponsors
Commercial Partners