Malta Football Association
Stqarrija dwar id-deċiżjoni tal-Appeals Body tal-UEFA tat-30 ta’ Novembru 2012
Dec 4, 2012
Posted by:

 

 

Il-Malta Football Associationtavżalill-pubbliku li illum it-Tnejn 3 ta’ Dicembru 2012, irċiviet mingħand il-UEFA, id-deċiżjoni tal-‘UEFA Appeals Body’, datata 30 ta’ Novembru 2012, bil-firma taċ-chairman tal-‘Appeals Body’, Pedro Tomas, dwar l-Appelli li saru mill-Ispettur tad-Dixxipplina tal-UEFA u l-plejer Kevin Sammut kontra d-deċiżjoni tal-‘Control and Disciplinary Body’tal-UEFA tas-17 ta’ Awwissu 2012,għar-rigward tal-partita Norveġja vsMalta li ntlagħbet f’Ġunju 2007.

 

Il-UEFA ħabbret uffiċjalment li filwaqt li ma laqgħetx l-appell ta’ Kevin Sammut, hi laqgħetparzjalment l-appell tal-Ispettur tad-Dixxiplina tal-UEFA, u filwaqt li kkonfermat id-deċiżjoni tal-‘Control and Disciplinary Body’tal-UEFA fir-rigward tal-plejers Kenneth Scicluna u Stephen Wellman, emendat l-istess deċiżjoni billi biddlet is-sospensjoni tal-plejer Kevin Sammut, minn kull attivita’ tal-futbol, minn waħda ta’ 10snin, għal waħda ta’ għomor u kkonfermat li t-tali sospensjoni għandha jkollha effett mad-dinja kollha.

 

Il-UEFA iddikjarat li d-deċiżjoni hi finali ai termini tal-Artiklu 66 tar-Regolamenti tad-Dixxiplina tal-UEFA tal-2012.

 

 

 

 

 

 

Mark Attard

Malta Football Association

Press Officer

Official Sponsors
Commercial Partners