Malta Football Association
Awguri lill-Prim Ministru l-ġdid ta’ Malta
Mar 12, 2013
Posted by:

 

 

 

Il-Malta Football Association tibgħat l-awguri lill-Prim Ministru Dr Joseph Muscat u lill-Partit Laburista għar-rebħa elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali tas-Sibt li għadda, 9 ta’ Marzu 2013.

 

L-MFA konvinta li l-isport se jibqa’ jingħata l-importanza li jixraqlu u l-istess MFA se tkun qiegħda taħdem id f’id mal-Gvern il-ġdid għall-ġid tal-futbol f’pajjiżna.

 

Il-Malta Football Association tixtieq ukoll tirringrazzja lil Dr. Lawrence Gonzi u lil Clyde Puli  tal-impenn favur l-isport, b’mod partikolari lejn l-MFA, matul l-aħħar leġislatura.

 

 

 

 

 

Mark Attard

Malta Football Association

Press Officer

Official Sponsors
Commercial Partners