Malta Football Association
Punti mnaqqsa lil Hamrun Spartans FC u Floriana FC
May 3, 2013
Posted by:

 

 

 

Il-Malta Football Association tavża li fuq deċiżjoni tal-Bord tal-Kontroll u d-Dixxipplina tal-MFA, tnaqqas punt (1) mill-klassifika fejn jikkompetu Hamrun Spartans FC fl-istaġun 2012/13. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara pagament li kien dovut lill-eks-gowlkiper Omar Borg u li dan baqa’ ma tħallasx sa 12.00pm tal-Ħamis 2 ta’ Mejju 2013.

 

L-MFA tavża wkoll li fuq deċiżjoni tal-Bord tal-Kontroll u Dixxipplina tal-MFA, tnaqqsu żewġ punti (2) mill-klassifika fejn jikkompetu Floriana FC fl-istaġun 2012/13, talli sa 12.00pm tat-2 ta’ Mejju 2013, naqsu li jħallsu pagamenti dovuti lill-plejers Arman Verma u Jermain Brincat.

 

 

 

 

 

Mark Attard

Malta Football Association

Press Officer

Official Sponsors
Commercial Partners