Malta Football Association
NEWS:
Avviżi għal ‘Match Day 32’ tal-Kampjonat BOV Premier u l-finali tal-U*BET FA Trophy
Apr 22, 2014
Posted in:
General
BOV Premier League
Cups & Competitions

Il-Malta Football Association tavża li l-aħħar arranġamenti ta’ ‘Match Day 32’ tal-Kampjonat BOV Premier u tal-finali tal-U*BET FA Trophy.


 

 

Tibdil fil-Fixtures

 

BOV Premier League

 

B’referenza għar-‘Reminder of Fixtures 12’ tal-20 ta’ Marzu 2014, l-MFA tavża li peress li diversi partiti se jkunu deċizivi fl-aħħar partita, kellu jsir dan it-tibdil fil-fixtures kif ġej:

 

Ħamis, 24 ta’ April    19:00   National Stadium                   Hibernians vs Sliema W.

Ħamis, 24 ta’ April    19:00   Hibernians Stadium                Mosta vs Balzan

Ħamis, 24 ta’ April    18:00   Centenary Stadium                 Floriana vs Rabat A.

Ħamis, 24 ta’ April    20:15   Centenary Stadium                 Qormi vs Tarxien R.

 

Ġimgħa, 25 ta’ April  19:00   Victor Tedesco Stadium         Vittoriosa S. vs Naxxar L.

 

Sibt, 26 ta’ April        17:00   National Stadium                   Birkirkara vs Valletta

 

U*BET FA Trophy

 

B’referenza għar-“Reminder of Fixtures 12” tal-20 ta’ Marzu 2014, l-MFA tixtieq tavża li bi ftehim mal-Pulizija ta’ Malta, il-partita finali tal-U*BET FA Trophy se tintlagħab kif ġej:

 

Ħamis, 01 ta’ Mejju   17:00   National Stadium                   Valletta vs Sliema W.

 

Il-partita Birkirkara FC vs Valletta FC

 

Għall-partita tar-rebħ tal-Kampjonat BOV Premier bejn Birkirkara FC u Valletta FC li se tintlagħab is-Sibt 26 ta’ April 2014, fil-5.00pm, l-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, se jiftaħ fit-3.00pm u l-allokazzjoni tal-partitarji fl-Istadium se tkun hekk:

 

BirkirkaraFC- West A u North Stand 

Valletta FC - West C u South Stand 

Partitarji newtrali- Millennium D u Millennium F

 

L-MFA tavża li t-‘ticket booths’ li se jinfetħu fil-ġurnata se jkunu:

Millennium D (għall-bejgħ tal-biljetti fil-Millennium D biss)

Millennium F (għall-bejgħ tal-biljetti fil-Millennium F biss)

 

Il-biljetti fil-West A u North Stand (Birkirkara FC) u fil-West C u South Stand (Valletta FC) se jinbiegħu direttament mill-klabbs rispettivi sal-Ġimgħa, 25 ta’ April fis-7.00pm. Il-klabbs rispettivi mhux awtoriżżati jbiegħu biljetti tal-partita fil-ġurnata tal-logħba. Il-prezzijiet tal-biljetti se jkun ta’ €6 adulti, €4 Karta-Anzjan u €1 Tfal (Taħt it-12 –il sena).

 

Il-cards elettroniċi ‘Orange Cards’ u l-‘White Cards’ ta’ Birkirkara FC u Valletta FC huma eliġibbli li jintużaw fil-ġurnata, iżda dawk biss immarkati Birkirkara FC u Valletta FC se jkollhom aċċess għall-West Stand A jew C, il-kumplament tal-“Orange Cards” l-oħra se jkollhom aċċess fil-partijiet l-oħra tal-iStadium Nazzjonali.

 

Dawn l-arranġamenti saru bi qbil bejn il-Pulizija ta’ Malta, l-MFA u l-klabbs rispettivi.

 

L-MFA tavża li l-partitarji ta’ Birkirkara FC għandhom jidħlu minn naħa tal-Mosta u jipparkjaw il-vetturi  tagħhom fil-West Parking (Enclosure). Il-partitarji ta’ Valletta FC għandhom jidħlu min-naħa tar-Rabat u jipparkjaw il-vetturi tagħhom lejn in-naħat tal-Park Nazzjonali.

 

Il-persuni li jużaw siġġu tar-roti u li jridu jattendu għal din il-partita għandhom jiktbu lill-MFA fl-indirizz elettroniku [email protected] biex jiġu assenjati post f’żona riservata sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 25 ta’ April fl-12.00pm. L-MFA tavża wkoll li fil-ġurnata tal-partita, l-inħawi tal-Istadium Nazzjonali, se jkunu magħluqa għat-traffiku minn kmieni filgħodu.

 

L-MFA tawgura festa ta’ futbol sabiħa milgħuba fi spirtu sportiv u tħeġġeġ lill-partitarji biex fil-ġurnata tal-partita jimxu mal-istruzzjonijiet tal-Pulizija ta’ Malta.

Official Sponsors
Commercial Partners