Malta Football Association
NEWS:
Aktar żjarat fl-iskejjel mill-kontinġent tat-tim nazzjonali Malti
Apr 25, 2014
Posted in:
photo credit - Joe Borg
photo credit - Joe Borg

  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg

Dalgħodu, il-kontinġent tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena, kellu żewġ żjarat oħra f’żewġ skejjel differenti. Il-kontinġent ta’ dalgħodu kien iffurmat minn Sergio Soldano, kowċ nazzjonali u l-plejers Joseph Mbong, Neil Spiteri u Jamie Azzopardi. Huma kienu akkumpanjati minn Adele Muscat,psikoloġista tat-tim nazzjonali.


 

 

L-ewwel żjara saret fl-iskola Primarja tal-Imġarr fejn il-kontinġent intlaqa’ mis-Sinjura Antonella Ferrante, il-Kap tal-Iskola, li tat merħba kbira lil kulħadd. Il-plejers nazzjonali kellhom iċ-ċans li jitkellmu ma’ studenti li dak il-ħin kienu għaddejjin bil-lezzjoni fiżika tagħhom. Saret ukoll sessjoni ta’ taħriġ ta’ ħbiberija wkoll bejn l-istudenti u l-plejers nazzjonali.

 

F’din l-iskola attendew ukoll is-Sur Joe Gauci u s-Sur Selim Belig, li kienu l-ġudikanti tal-proġett li ħadmu fuqu l-istudenti f’din l-iskola. It-tema ta’ dan il-proġett kien ‘Respect in Sport’.

 

Immedjatament wara, il-kontinġent baqa’ sejjer fl-iskola Primarja tar-Rabat fejn hemmhekk ukoll ingħata merħba sabiħa mis-Sur Portanier Mifsud.

 

Il-plejers nazzjonali kellhom merħba mill-isbaħ mill-istudenti tal-iskola meta ħarġu fil-bitħa u sabuhom jistennew fil-ħin tal-break tagħhom.

 

Gauci u Belig, iż-żewġ ġudikanti, sabu wkoll il-ħin biex jaraw il-proġett mill-isbaħ li ħadmu fuqu t-tfal ta’ din l-iskola bit-tema, ‘Fair Play’.   

Official Sponsors
Commercial Partners