Malta Football Association
NEWS:
Bjorn Vassallo, Kap Eżekuttiv tal-MFA u Chris Agius, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Innovazzjoni jaraw il-proġetti li ħejjew l-istudenti tal-iskejjel
Apr 25, 2014
Posted in:
Photo Credit - Paul Zammit Cutajar
Photo Credit - Paul Zammit Cutajar

  • Photo Credit - Paul Zammit Cutajar
  • Photo Credit - Paul Zammit Cutajar
  • Photo Credit - Paul Zammit Cutajar
  • Photo Credit - Paul Zammit Cutajar
  • Photo Credit - Paul Zammit Cutajar
  • Photo Credit - Paul Zammit Cutajar
  • Photo Credit - Paul Zammit Cutajar
  • Photo Credit - Paul Zammit Cutajar
  • Photo Credit - Paul Zammit Cutajar
  • Photo Credit - Paul Zammit Cutajar
  • Photo Credit - Paul Zammit Cutajar
  • Photo Credit - Paul Zammit Cutajar
  • Photo Credit - Paul Zammit Cutajar

Bjorn Vassallo, il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Football Association u Chris Agius, Segretarju Parlamentari responsabbli miż-Żgħażagħ, Sport u Innovazzjoni, fil-preżenza tas-Sur Alvin Grech, President tal-GFA, kellhom ix-xorti li matul il-ġurnata tal-bieraħ jagħmlu żjara f’Għawdex fejn hemmhekk marru f’diversi skejjel tal-Istat u anki l-Gozo Football Association.


Vassallo u Agius ħallew Malta lejn Għawdex mal-vapur tal-11.15am u sas-1.45pm kienu diġa’ żaru l-iskejjel tal-Primarja tal-Għarb u tas-Sekondarja tal-bniet u s-subien. Huma żaru wkoll is-seminarju tas-Sacred Heart fir-Rabat. Fl-iskejjel, id-delegazzjoni kellha ħin biex titkellem mat-tfal li ħadmu fuq proġetti tal-arti relatati mal-Kampjonat tal-UEFA. It-tfal urew entużjażmu u ħila kbira fix-xogħol li ppreżentaw.

 

Wara nofsinhar żaru flimkien u għamlu spezzjoni fil-Gozo Stadium u ltqagħu mal-amministraturi Għawdxin li jmexxu n-nurseries tal-futbol f’Għawdex. Dan kollu qiegħed isir bi promozzjoni għat-tournament tal-UEFA ta’ Taħt is-17-il sena li se jsir f’pajjiżna bejn id-9 u l-21 ta’ Mejju li ġej.

 

Il-proġetti li huma segwew fl-iskejjel u ġġudikaw kienu dawk fuq il-pajjiżi tal-Isvizzera, Spanja u r-Russja u anki proġett ieħor abbinat mal-Fair Play fil-futbol. Din il-promozzjoni kollha hija parti mill-Kampanja Reach Out fejn l-MFA qiegħda tinvolvi bosta setturi mis-soċjeta’ biex jippartecipaw f’progetti ta’ edukazzjoni u kultura u biex ukoll jattendu għall-partiti waqt it-tournament matul ix-xahar ta’ Mejju. 

Official Sponsors
Commercial Partners