Malta Football Association
NEWS:
Żjara f’Għawdex minn Ludovico Micallef, Viċi President tal-MFA u Dr. Anton Refalo, Ministru għal Għawdex
Apr 29, 2014
Posted in:

Dalgħodu saret żjara mill-Viċi President tal-MFA Ludovico Micallef u minn Dr. Anton Refalo, Ministru għal Għawdex fis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesu’ fir-Rabat, Għawdex. Huma ntlaqgħu mill-Kan. Emmanuel Saliba, il-Kap tal-iSkola, li ta merħba lil kulħadd. Micallef u Refalo kienu akkumpanjati minn uffiċċjali għolja tal-GFA.


 

Huma żaru l-proġett li għamlu l-istudenti tal-istess skola li kien abbinat mal-Fair Play fil-futbol. Dan kollu qiegħed isir bi promozzjoni għat-tournament tal-UEFA ta’ taħt is-17-il sena li se jsir f’pajjiżna bejn id-9 u l-21 ta’ Mejju li ġej..

 

Din il-promozzjoni kollha kienet parti mill-Kampanja Reach Out fejn l-MFA qed tinvolvi bosta setturi mis-soċjeta’ biex jippartecipaw f’proġetti ta’ edukazzjoni u kultura u biex ukoll jattendu għall-partiti waqt it-tournament matul ix-xahar ta’ Mejju. F’Għawdex ser isiru erba’ logħbiet fil-Gozo Stadium li huma Ġermanja vs Svizzera u Skozja vs Portugall nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Mejju 2014 u Ingilterra vs Turkija u Malta vs Olanda nhar it-Tnejn 12 ta’ Mejju 2014. F’din l-iskola attendew ukoll Joe Bajada u Tony Grech, li kienu l-ġudikanti tal-proġetti kollha li ħadmu fuqhom l-istudenti Għawdxin.

 

Wara huma żaru l-Gozo Stadium fejn huma ltaqgħu mal-ħaddiema u l-voluntiera li jinsabu għaddejjin bix-xogħol tagħhom, ftit jiem biss qabel il-bidu tal-fażi finali ta’ dawn il-Kampjonat tal-UEFA. 

Official Sponsors
Commercial Partners