


Żewġ gowls ta’Nwoko mhux biżżejjed biex Malta tegħleb lil Luxol St. Andrew’s

Malta ħadet draw mistħoqq ta’ 2-2 f’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet ilbieraħ fis-7.00pm fl-Istadium
Nazzjonali f’Ta’ Qali, bi preparazzjoni għal UEFA Under 17 Championship li se jsir f’Malta bejn id-9
u l-21 ta’ Mejju li ġej.
Dan kien l-aħħar test għat-tim ta’ Sergio Soldano li issa jibda jinġabar ftit ftit sakemm tissejjaħ l-
iskwadra finali li se tkun qiegħda tikkompeti fi Grupp A kontra l-Ingilterra, l-Olanda u t-Turkija.
L-erba’ gowls fil-partita tal-bieraħ ġew kollha fl-ewwel taqsima. Wara ħasda kmieni bil-gowl ta’
Luxol, il-Maltin irkupraw tajjeb u skurjaw darbtejn permezz tal-plejer Kyrian Nwoko. Iżda qabel
tmiem l-ewwel taqsima, it-tim immexxi mill-kowċ Danilo Doncic reġa’ ġab id-draw u dak kellu jkun
ir-riżultat finali.
It-tim nazzjonali Malti jinġabar kollu l-Ħadd li ġej għal ġurnata flimkien fiċ-Ċentru tekniku u t-training
grounds tal-MFA
