Malta Football Association
NEWS:
L-aħħar żjarat tat-Tim Nazzjonali Malti fl-iskejjel
May 1, 2014
Posted in:
photo credit - Joe Borg
photo credit - Joe Borg

  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg
  • photo credit - Joe Borg

Il-beiraħ kienet l-aħħar ġurnata li kontinġenti diversi tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena jew membri tal-Bord ta' l-Għażla fuq xogħlijiet li saru minn diversi skejjel, żaru fi skejjel madwar Malta u Għawdex. B’kollox, it-tim nazzjonali Malti żar 45 skola differenti u l-għan ta’ dawn iż-żjarat kienu dejjem biex jitħeġġu aktar tfal jattendu l-partiti tal-UEFA Under 17 Championship li se jsir f’pajjiżna bejn id-9 u l-21 ta’ Mejju li ġej.


B’kollox, il-kontinġent Malti żar 45 skola differenti

 

 

Sergio Soldano, kowċ tat-tim nazzjonali Malti, flimkien mal-plejers nazzjonali Iouseff Meli u Mark Sciculna, żaru l-iskola sekondarja tan-Naxxar fejn ingħataw merħba sabiħa minn Jude Zammit, il-Kap tal-Iskola.

 

Is-Sur Zammit dawwar lill-kontinġent mal-iskola u laqqa’ lill-istudenti mal-kontinġent. Il-kontinġent sab ukoll ħin biex iżur ix-xogħol li ħejjew l-istudenti ta’ din l-iskola relatat mas-suġġett ta’ kontra r-razziżmu. Is-Sur Alfred Zammit, f’isem il-Malta Football Association, kien il-ġudikant fuq il-proġett ta’ din l-iskola

 

Fl-istess ħin, diversi plejers u persuni oħra mill-istaff tekniku żaru aktar skejjel. Dawk fil-lista tal-lum li temmew dawn iż-żjarat kienu: l-Kulleġġ De La Salle, St. Albert the Great College, l-iskola Primarja tal-Qrendi, l-iskola Primarja tal-Imtarfa u l-iskola Primarja ta’ Marsaxlokk. 

Official Sponsors
Commercial Partners