Malta Football Association
NEWS:
Avviżi għall-Match Day 1 tal-UEFA Under-17 Championship
May 9, 2014
Posted in:

Il-Malta Football Association tavża b’dawn l-istruzzjonijiet għall-partiti ta’ Match Day 1 tal-UEFA Under-17 Championship li jibda għada 9 ta’ Mejju 2014.


 

 

Għall-erba’ partiti ta’ għada li se jintlagħbu tnejn fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali u tnejn fil-Gozo Stadium, l-istadiums se jiftħu għall-pubbliku sagħtejn qabel il-kick-off. Għal dawn il-partiti mhu se ssir l-ebda allokazzjoni fl-istadium għall-partitarji.

 

Il-partiti ta’ għada l-Ġimgħa huma:

Stadium Nazzjonali

Olanda vs Turkija fil-11.00am

Malta vs Ingilterra fis-6.00pm

 

Gozo Stadium

Ġermanja vs Svizzera fil-11.15am

Skozja vs Portugall fit-3.15pm

 

Fil-ġurnata, il-biljetti tad-dħul għall-partita bejn l-Olanda u t-Turkija se jkunu għall-bejgħ minn West C filwaqt li għall-partita bejn Malta u l-Ingilterra se jkunu għall-bejgħ minn West A u West C.

 

Il-biljetti tad-dħul għall partiti fil-Gozo Stadium bejn il-Ġermanja u l-Isvizzera u l-Iskozja u l-Portugall se jkunu għall-bejgħ minn Entrance A.

 

It-toroq fil-madwar tal-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali u l-Gozo Stadium, fix-Xewkija, se jkunu magħluqa għall-vetturi li mhux awtorizzati.

Official Sponsors
Commercial Partners