Malta Football Association
NEWS:
“Nemmen fil-potenzjal tal-plejers tiegħi” – Pietro Ghedin
Jun 3, 2014
Posted in:
photo credit - Paul Zammit Cuitajar
photo credit - Paul Zammit Cuitajar

  • photo credit - Paul Zammit Cuitajar
  • photo credit - Paul Zammit Cuitajar
  • photo credit - Paul Zammit Cuitajar
  • photo credit - Paul Zammit Cuitajar
  • photo credit - Paul Zammit Cuitajar
  • photo credit - Paul Zammit Cuitajar
  • photo credit - Paul Zammit Cuitajar
  • photo credit - Paul Zammit Cuitajar
  • photo credit - Paul Zammit Cuitajar
  • photo credit - Paul Zammit Cuitajar
  • photo credit - Paul Zammit Cuitajar
  • photo credit - Paul Zammit Cuitajar
  • photo credit - Paul Zammit Cuitajar
  • photo credit - Paul Zammit Cuitajar

“Nemmen fil-potenzjal tal-plejers tiegħi. Irrid inkompli ngħin lil dan il-grupp ta’ plejers. It-tim jinsab f’forma tajba u ninsab ċert li għada se jagħtu l-mija fil-mija tagħhom.”


Dawn kienu l-ewwel kummenti li ta lil www.mfa.com.mtPietro Ghedin, kowċ tat-tim nazzjonali Malti, ftit ħin wara li spiċċat l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ qabel il-partita ta’ ħbiberija ta’ għada kontra Ġibilta, li se tintlagħab f’Estadio Algarve fil-Portugall, fis-6.00pm.

 

Kien l-istess stadium li fih, it-tim nazzjonali tħarreġ għal aktar minn siegħa u kwart fejn wieħed seta’ jinnota t-tattika u l-pjan prudenti li beħsiebu jaddotta l-kowċ nazzjonali għall-partita ta’ għada u li se tintwera dirett f’Ġibilta, fuq l-istazzjon nazzjonali tagħhom.

 

Mistoqsi x’jaħseb fuq it-tim avversarju, Ghedin irrisponda: “Minkejja li għadhom jibdew, diġa’ wrew potenzjal tajjeb u kellhom riżultati tajbin. Żgur li kontriena se jippruvaw jirbħu. Iżda kunfidenti li bl-aqwa prestazzjoni mhux se nħalluhom jagħmlu dan.”

 

Estadio Algarve hu stadium mill-aktar sabiħ u modern li nbena ftit tas-snin ilu meta l-Portugall ospitaw il-Kampjonati Ewropej. Jesa 36,000 partitarju, aktar mill-popolazzjoni kollha ta’ Ġibilta.

 

Ġibilta se jkunu qegħdin jagħmlu użu minn dan l-istadium għall-partiti mill-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni tagħhom fejn fost l-oħrajn għandhom fl-istess grupp lill-Ġermanja. Dan minħabba l-fatt li f’pajjiżhom għad m’għandhomx stadium li jilħaq ir-rekwiżiti tal-UEFA.

 

It-tim Malti jighab kontra Ġibilta’ għada fis-6pm ħin lokali.

Official Sponsors
Commercial Partners