Archives

It-tim nazzjonali Malti jitlaq lejn is-Serbja

Published: 12-06-2014 18:05
image1 (102)
It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ħalla pajjiżna proprju ftit tal-ħin ilu f’titjira lejn Frankfurt il-Ġermanja biex minn hemm jaqbad ajruplan ieħor lejn Belgrad, biex is-Sibt jilgħab il-partita valida minn Grupp 3 tat-Tazza tad-Dinja tan-nisa tal-2015 kontra s-Serbja.  Pierre Brincat, il-kowċ nazzjonali Malti għandu diversi plejers neqsien għal din il-partita u jidher evidenti li l-pjan li se jaddotta se jkun wieħed difensiv biex kemm jista’ jkun ma nsoffrux il-pressjoni tal-avversarji. It-tim nazzjonali Malti se jitħarreġ għada fil-5.00pm fis-City Stadium, Indjija, l-istess stadium li fih se tintlagħab il-partita s-Sibt li ġej, fil-5.30pm, ħin lokali. Ir-referee tal-partita se tkun Suzana Kovakova mill-Federazzjoni Slovakka. Il-kontinġent hu mmexxi minn Ludovico Micallef, Viċi President tal-MFA, u Kap tad-Delegazzjoni. Huma jirritornaw lura Malta l-Ħadd li ġej fil-11.30am. L-iskwadra nazzjonali ta’ Malta msejħa mill-kowċ Pierre Brincat hi: Goalkeepers: Keoney Demicoli, Maria-Assunta Farrugia Defenders: Francesca Chircop, Rebecca D’Agostino, Stefania Farrugia, Jade Flask, Natasha Pace, Kimberly Parnis, Alishia Sultana, Dionne Tonna, Charlene Zammit, Shona Zammit Midfielders: Brenda Borg, Rachel Cuschieri, Mandy Debono, Antoinette Sammut, Emma Xuereb Attakkanti: Martina Borg