Malta Football Association
NEWS:
Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA għat-22 ta’Lulju
Jul 14, 2014
Posted in:
photo credit - Dominic Aquilina
photo credit - Dominic Aquilina

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Malta Football Association għas-sena 2014, se ssir fit-22 ta’ Lulju 2014, fil-Grand Hotel Excelsior, fil-Furjana, u tibda fil-5.00pm.


 

L-aġenda tal-Laqgħa se tkun waħda mimlija sew, anki jekk din is-sena m’hemmx elezzjoni għall-uffiċjali tal-Assoċjazzjoni. Lejn l-aħħar tal-laqgħa l-membri tal-Kunsill u d-delegati tal-klabbs u l-azzoċjazzjonijiet membri se jiġu mitluba jagħżlu żewġ membri minn sebgħa li se jikkontestaw l-elezzjoni Overall tal-Membri Ordinarji għal siġġu fl-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni.

 

Għal din l-elezzjoni se jikkontestaw: Abela Stephen (Hibernians), Cutajar Michael (St. George’s), Grech Chris (Mosta), Miceli Mauro (Swieqi), Sammut Joe (Pieta’ H.), Spiteri Paul (Valletta) u Vella Johan (St. Venera). Tnejn minn dawn se jingħaqdu mal-kumplament tal-membri tal-Eżekuttiv li se jirripreżentaw id-diviżjonijiet rispettivi tagħhom.

 

Intant, il-Laqgħa Ġenerali Annwali, skont l-aġenda, tibda bil-verifikazzjonijiet tad-delegati li huma ntitolati jivvutaw biex immedjtament wara ssir l-approvazzjoni tal-minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2013 u l-Laqgħat Ġenerali Straordinarji li saru matul l-aħħar sena.

 

Eventwalment ikun approvat ir-rapport amministrattiv tal-MFA li se jkun ippreżentat minn Bjorn Vassallo, Kap Eżekuttiv u eżatt wara jinqara r-rapport finanzjarju minn Ivan Mizzi, Teżorier tal-MFA u ssir l-approvazzjoni neċċessarja.

 

Wara dawn iż-żewġ temi jkun imiss l-elezzjoni Overall u sussegwentament jintgħażlu l-awdituri esterni tal-MFA għall-istaġun 2014/15.

 

Il-Laqgħa Ġenerali tintemm bl-emendi u alterazzjonijiet għall-Istatut u bil-mozzjonijiet, qabel il-president tal-MFA, Norman Darmanin Demajo jagħlaq b’diskors finali.

Official Sponsors
Commercial Partners