Malta Football Association
NEWS:
Valletta FC bl-Istorja uffiċjali fil-ktieb ‘City!’
Jul 30, 2014
Posted in:
photo credit - Louis Micallef
photo credit - Louis Micallef

Valletta FC għamlu preżentazzjoni fl-ewwel Kunsill tal-MFA għall-istaġun 2014/15 tal-ewwel volum tal-ktieb ‘City!’ li nkiteb minn Carmel Baldacchino.


 

Din il-preżentazzjoni għamilha Paul Spiteri, Membru tal-Kunsill f’isem Valletta FC, li ppreżenta ktieb tal-okkażjoni lil-librerija tal-MFA u lil Norman Darmanin Demajo, President tal-Assoċjazzjoni.

 

Il-ktieb hu meqjus bħala l-Istorja uffiċjali ta’ Valletta FC u jkopri s-snin bejn l-1886 u l-1963 u hu sponsorjat minn Brown’s Pharma Ltd.

 

Il-ktieb hu mqassam fi tliet partijiet; L-ewwel snin bejn l-1886 u l-1932; il-perjodu intermedjarju bejn l-1932 u l-1942 u l-parti ta’ wara l-gwerra mill-1940 u l-1963.

 

Il-ktieb qiegħed jinbiegħ għall-prezz ta’ 30 euro lill-membri tal-klabb u 40 euro lill-pubbliku nġenerali.

Official Sponsors
Commercial Partners