Malta Football Association
NEWS:
Jittellgħu l-poloz tal-Ewwel u t-Tieni Rawnd tal-FA Trophy għall-istaġun 2014/15
Aug 20, 2014
Posted in:
General
Cups & Competitions
Photo: Joe Borg
Photo: Joe Borg

Il-Malta Football Association, dalgħodu fil-11.00am, tellgħet il-poloz tal-Ewwel u t-Tieni Rawnd tal-FA Trophy ta’ Malta għall-istaġun 2014/15. F’din il-kompetizzjoni, li hi s-77 edizzjoni fl-Istorja, għal dan l-istaġun se jipparteċipaw 64 klabb minn Malta u Għawdex.


 Bjorn Vassallo, Segretarju Ġenerali tal-MFA, f’konferenza stampa għall-media lokali, qal li l-FA Trophy dejjem attirat interess kbir mill-klabbs kollha ta’ Malta u dan minħabba l-fatt li t-timijiet iż-żgħar ikollhom iċ-ċans javvanzaw fil-kompetizzjoni u anki japprofittaw minn esperjenza li jilagħbu kontra wieħed mill-klabbs il-kbar li għandna f’pajjiżna. Ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni ta’ din il-kompetizzjoni huma Valletta FC li fl-aħħar partita tal-istaġun li għadda għelbu fil-finali lil Sliema Wanderers bi skor ta’ 1-0.

Rodney Pisani, Deputat Segretarju Ġenerali tal-MFA, spjega kif kien se jsir il-proċess tal-poloz sakemm imbagħad wasal il-mument tant mistenni tat-tlugħ. L-ewwel rawnd tal-FA Trophy se jintlagħab bejn it-3 u t-8 ta’ Settembru 2014 u t-tieni rawnd bejn l-24 ta’ Ottubru u s-26 ta’ Ottubru 2014. Il-finali tal-FA Trophy ta’ Malta għal dan l-istaġun tintlagħab il-Ħadd 24 ta’ Mejju 2015.

Il-poloz tal-Ewwel rawnd huma:

1.      Oratory Y FC                  vs                     Luqa SA FC

2.      Xewkija Tigers FC        vs                     Kirkop Utd FC

3.      Qrendi FC                       vs                     Marsaxlokk FC

4.      Xagħra Utd FC              vs                     Nadur Y FC

5.      Mdina Knights FC        vs                     St. Lawrence FC

6.      Marsascala FC             vs                     St. Venera L FC

7.      Għajnsielem FC           vs                     Mtarfa FC

8.      Mġarr Utd FC                vs                     Kalkara FC

9.      Qala St J FC                 vs                     St. Lucia FC

10.  SK Victoria W FC           vs                     Munxar F FC

11.  Kerċem A FC                  vs                     Attard FC

12.  Ta’ Xbiex SC                   vs                     Victoria H FC 

 

Il-poloz tat-Tieni rawnd huma:

1.      Rebbieħ 10                  vs                     Rebbieħ 2

2.      Fgura Utd FC               vs                     Rebbieħ 4

3.      Melita FC                       vs                     Zejtun C FC

4.      Msida St. J FC              vs                     Marsa FC

5.      Sirens FC                      vs                     San Gwann FC

6.      Zabbar St. P FC            vs                     Rebbieħ 9

7.      Mellieħa SC                  vs                     Rebbieħ 12

8.      Ħamrun Spartans FC  vs                     Vittoriosa Stars FC

9.      Xagħra T FC                  vs                     Siġġiewi FC

10.  Gżira Utd FC                   vs                     Għaxaq FC

11.  Lija A FC                          vs                     Rebbieħ 1

12.  Dingli S FC                     vs                     Zurrieq FC

13.  Rebbieħ 7                       vs                     Gudja Utd FC

14.  Rebbieħ 8                       vs                     Swieqi Utd FC

15.  Għargħur FC                  vs                     Rebbieħ 5

16.  Birżebbuga St P FC       vs                     Rebbieħ 11

17.  Pembroke A FC              vs                     Rabat A FC

18.  Mqabba FC                     vs                     Senglea A FC

19.  Rebbieħ 3                       vs                     Rebbieħ 6

20.  St. George’s FC             vs                     St. Andrew’s FC

Official Sponsors
Commercial Partners