Malta Football Association
NEWS:
Seminar mill-Youth FA dwar ‘ir-regolamenti tal-logħba’
Aug 22, 2014
Posted in:
General
Referees News
Pic of the Centenary Hall: Domenic Aquilina
Pic of the Centenary Hall: Domenic Aquilina

  • Pic of the Centenary Hall: Domenic Aquilina
  • Pic of Alex Arena: Domenic Aquilina
  • Pic of the Hall: Domenic Aquilina

Il-Youth FA minn żmien għal żmien torganizza seminars għall-amministraturiu head coaches dwar diversi suġġetti varji. Wieħed minn dawn is-seminars hu dak konġunt mad-Dipartiment tar-Referees, fejn in-nurseries jingħataw iċ-ċans li jifhmu dejjem aħjar ir-regolamenti tal-logħbatal-futbol. Uħud minn nurseries iżommu wkoll dan is-seminar fin-nurseries rispettivi tagħhom matul l-istagun.


Joe Micallef, is-Segretarju Ġenerali tal-Youth FA, qalli l-Youth FA għandha għall-qalb l-edukazzjoni sportiva tant li żżomm diversi seminars matul l-istaġun. Il-Laws of the Game Seminar’jinżamm fil-bidu ta’ kull staġun biex wieħed ikun aktar konxju, minn xi tibdil li jista’jkun hemm fir-regolamenti, fejn ukoll wieħed ikun aktar intiżmar-regolamenti tal-logħba.

L-ewwel seminar tal-‘Laws of the Game’għal dan l-istaġun, inżamm fis-Centenary Stadium, Centenary Hall, f’Ta’ Qali, l-Erbgha 20 ta’ Awissu, u tmexxa minn Alex Arena, eks-referee lokali.

It-tieni seminar għall-grupp ieħor ta’ nurseries, isir fis-26 ta’ Awissu 2014, biex proprju qabel jibdal-kampjonati tal-Youth FA,in-nurseries kollha jkunu ħadu sehem f’wieħed minn dawn is-seminars. 

Official Sponsors
Commercial Partners