Archives

Il-President tal-MFA jilqa’ l-isfida tal-'Ice Bucket Challenge'

Published: 25-08-2014 15:00
image1 (102)
Norman Darmanin Demajo, il-President tal-Malta Football Association, laqa’ l-isfida tal-‘Ice Bucket Challenge’ li saritlu fil-jiem li għaddew minn diversi persuni, ħbieb u kollegi fuq is-sit soċjali Facebook. Darmanin Demajo għamel din l-isfida llum wara nofsinhar f’nofs il-pitch tal-sitadium nazzjonali f’Ta’ Qali, imdawwar minn diversi impjegati tal-MFA u minn Dr. Chris Bonett, Viċi President u Ivan Mizzi, Teżorier tal-Assoċjazzjoni.Kien Manuel Cassar, Projects Manager tal-MFA, li tefa’ barmil ilma nġażżat bis-silġ fuq ras Darmanin Demajo, bl-ilma jdum nieżel bil-mod għal aktar minn 30 sekonda fl-aqwa tax-xemx tiżreġ f’nofs il-pitch tal-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali.Il-Ġimgħa li għaddiet, fuq il-profil personali tiegħu ta’ Facebook, Darmanin Demajo spjega li kien lest jilqa’ din l-isfida jekk kemm-il darba jiġbor fondi għall-MFA Football Social Responsability, Kumitat li waqqaf hu stess fi ħdan l-MFA u se jitmexxa minn Dr George Abela, eks-President tar-Repubblika ta’ Malta.F’parti mill-kitba tiegħu bl-Ingliż, Darmanin Demajo jgħid eżatt hekk: “I would willingly take on the 'ice bucket challenge' if thefunds went instead to the recently appointed MFA Football Social Responsibility (FSR) committee chaired by Dr George Abela.”Darmanin Demajo innomina lil Jimmy Azzopardi, wieħed mill-membri tas-sigurta’ li għandha l-MFA u li jieħu ħsieb lil Żep, il-kelb addottat mill-MFA.Il-filmat sħiħ jinsab hawn taħt. (function(d, s, id) { var js, fjs = d.getElementsByTagName(s)[0]; if (d.getElementById(id)) return; js = d.createElement(s); js.id = id; js.src = //connect.facebook.net/en_GB/all.js#xfbml=1; fjs.parentNode.insertBefore(js, fjs); }(document, 'script', 'facebook-jssdk'));Post by Malta Football Association - 1900.