Malta Football Association
NEWS:
Il-Kampjonat BOV Premier jieqaf għat-timijiet nazzjonali
Aug 29, 2014
Posted in:
General
BOV Premier League
Photo: Joe Borg
Photo: Joe Borg

  • Photo: Joe Borg
  • Photo: Joe Borg
  • Photo: Joe Borg
  • Photo: Joe Borg

Il-Kampjonat BOV Premier se jieqaf għal ġimgħatejn minħabba l-impenji tat-timijiet nazzjonali tal-kbar u ta’ taħt il-21 sena u jkompli fit-13 u l-14 ta’ Settembru bl-aqwa żewġ partiti fil-programm ikunu Valletta FC kontra Hibernians FC li jintlagħbu s-Sibt u l-Ħadd fis-6.00pm fl-Istadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali.


 

 

Qabel dawn iż-żewġ konfronti, fl-4.00pm, ikollna l-partiti Pieta’ Hotspurs FC u Floriana FC s-Sibt u Żebbug Rangers FC u Tarxien Rainbows FC, il-Ħadd.

 

 

Iż-żewġ partiti l-oħra jintlagħbu s-Sibt ukoll fil-Victor Tedesco Stadium, fil-Ħamrun. Fl-4.00pm tibda Sliema Wanderers FC kontra Qormi FC u fis-6.15pm tintlagħab Balzan Youths FC kontra Birkirkara FC.

 

Il-kontinġent tat-tim nazzjonali Malti taħt it-tmexxija tal-kowċ Pietro Ghedin iħalli pajjiżna l-Erbgħa 3 ta’ Settembru għall-partita ta’ ħbiberija kontra s-Slovakkja li se tintlagħab f’Zilina l-Ħamis. Immedjatament wara , il-kontinġent jitlaq lejn il-Kroazja għall-ewwel partita valida minn Grupp H li se tintlagħab f’Zagreb. Il-kontinġent jiġi lura t-Tlieta 9 ta’ Settembru.

 

It-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena jinġabar l-Erbgħa 3 ta’ Settembru 2014 f’waħdu mil-lukandi fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. It-tim taħt it-tmexxija ta’ Silvio Vella jibqa’ flimkien sal-Ġimgħa 5 ta’ Settembru meta fis-6.00pm tintlagħab il-partita kontra t-Turkija, li hi l-aħħar waħda minn Grupp 7 ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2015 fir-Repubblika Ċeka.

Official Sponsors
Commercial Partners