Malta Football Association
NEWS:
L-aħħar taħriġ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena
Sep 4, 2014
Posted in:
Vella jkellem lill-plejers. Ritratt: Domenic Aquilina
Vella jkellem lill-plejers. Ritratt: Domenic Aquilina

  • Vella jkellem lill-plejers. Ritratt: Domenic Aquilina
  • Ronald u Silvio Vella. Ritratt: Domenic Aquilina

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, illum kellu l-aħħar taħriġ qabel il-partita ta’ għada kontra t-Turkija.


 

Silvio Vella, kowċ nazzjonali, megħjun mill-assistent Ronald Vella, ibbażaw sessjoni ta’ taħriġ li damet siegħa u kwart fuq warm up tajjeb. Imbagħad għaddew għall-iskjerament tat-tim biex l-aħħar parti tat-taħriġ kienet iffukata fuq is-set pieces; corners u free-kicks.

 

It-tim nazzjonali Malti, għada jilgħab l-aħħar partita minn Grupp 7, valida għall-Kampjonati Ewropej 2015, fir-Repubblika Ċeka. Il-partita tibda fis-6.00pm u se tintlagħab fl-istadium nazzjonali.

 

Id-dħul għall-pubbliku Malti fl-istadium se jkun mingħajr ħlas.

 

Il-formazzjoni inizzjali tat-tim nazzjonali Malti se tkun din:

Yurgen Borg, Chris Grech, Louis Cutajar, Kane Attard, Ryan Camenzuli, Clyde Borg (capt), Brooke Farrugia, Lydon Micallef, Jurgen Pisani, Luke Montebello u Llewelyn Cremona.

Official Sponsors
Commercial Partners