Malta Football Association
NEWS:
Kroazja 2 vs Malta 0 - Qalb, saħħa u mingħajr biża’
Sep 10, 2014
Posted in:
It-tim nazzjonali kontra l-Kroazja. Ritratt: Paul Zammit Cutajar
It-tim nazzjonali kontra l-Kroazja. Ritratt: Paul Zammit Cutajar

  • It-tim nazzjonali kontra l-Kroazja. Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Ryan Fenech jilqa' lil Mateo Kovacic. Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Andre' Schembri jirbaħ dwell ma' Rakitic. Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Fenech u Kovacic. Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Andrei Agius itajjar bir-ras minn qalb id-difiża. Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Steve Bezzina u Milic. Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Borg u MIfsud jantiċipaw. Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Borg bil-ballun. Ritratt: Paul Zammit Cutajar
  • Steve Borg u Andre' Schembri irażżnu lil Modric. Ritratt: Paul Zammit Cutajar

Mark Attard - MFA, Media Officer

 

Wirja ta’ qalb, saħħa u determinazzjoni kbira! Hekk jista’ jsejjaħ id-90 minuta tat-tim nazzjonali Malti xi ħadd li ra l-partita li ntlagħbet fl-Istadion Maksimir ta’ Zagreb u li fiha l-Kroazja rebħu 2-0 kontra Malta, f’partita li sabuha bi tqila mhux ftit biex għelbu lid-difiża Maltija u sabu x-xibka għal darbtejn.


 

Il-Maltin għalqu tajjeb. Jidher li l-istruzzjonijiet li ta Pietro Ghedin lid-difiża u l-kumplament tal-plejers tiegħu nstemgħu sew mill-11-il plejer li għal dan il-konfront libsu l-flokk abjad u aħmar bi kburija.

 

Ħdax-il plejer sal-ewwel nofs siegħa logħob...u dan għax mal-35 minuta, battibekk bejn Steve Borg u Mario Mandzukic, ħalla lill-Maltin bi plejer inqas wara ritaljazzjoni żgħira tal-plejer Belti fuq dak ta’ Atletico Madrid, jew eks-Bayern Munich. Hija prova ċara oħra li maż-żgħir bħal donnu ħadd m’għandu ħnina u mal-iċken ħaġa ma jaħfrulek qatt. Meta se nitgħalmu ma npaxxu lil ħadd?!

 

Fl-ewwel taqsima ma resqux lejn Hogg. Anzi pjuttost konna aħna l-aktar tim perikoluż bl-ewwel azzjoni fl-ewwel żewġ minuti logħob meta Schembri dahar ma’ Corluka bħallikieku birilla, ħallih warajh fi spazju ta’ metru u fajjar xutt minn qagħda angolata li wisq probabbli l-gowlkiper Subasic għadu s’issa ma jafx li ħabat miegħu.

 

Minn hemm ’il quddiem iddifendejna bil-għaqal u rari rajna azzjoni lejn il-lasti tagħna, u wisq inqas rajna lil Hogg jiġi impenjat f’azzjoni waħda.

 

Fit-tieni taqsima l-plejers Maltin kienu għadhom ma sabux saqajhom meta wara 19-il sekonda, il-Kroazja fetħu l-iskor. Kien xutt ta’ Modric minn barra l-kaxxa li spiċċa ħabat darbtejn mal-art qabel ma l-ballun imbeżaq fix-xibka u ħasad għal kollox lil Hogg.

 

Jekk kien hawn min ħaseb li l-Maltin se jċedu l-armi mar żmerċ bil-kbir. Dan għaliex f’nofs il-grawnd, il-kopja Fenech ma’ Muscat ma waqfux jirbħu il-blalen li dehru miltufin, filwaqt li n-naħa offensiva, Schembri għamel l-impossibbli anki jekk kostrett f’battalja waħdu kontra tlieta jew erba’ difensuri Kroati wara l-biddla obbligatorja li kellu jagħmel Ghedin bit-tkeċċija ta’ Borg meta daħħal id-difensur Bezzina flok l-attakkant u captain Michael Mifsud.

 

Andrei Agius tajjar valanga ta’ blalen minn wara u kien bla dubju l-aqwa plejer fost sħabu kollha u kandidat serju għall-aħjar plejer tal-partita. L-esperjenza tiegħu għenet mhux ftit lil Zach Muscat juri l-aħjar tiegħu u jibgħat sinjal lil Ghedin u Farrugia li għalihom jista’ jkun ta’ garanzija għall-partiti li jmiss.

 

Issa dħalna fl-aħħar kwarta logħob. Ir-riżultat għadu 1-0 biss għall-Kroazja li kienu qegħdin jilagħbu f’darhom kontra Malta u bi plejer iktar għal ħin sostanzjali. In-nervożiżmu tagħhom eskala f’limiti li kważi kważi dehru ddisprati jippruvaw jersqu lejn Hogg mingħajr suċċess.

 

It-tieni gowl wasal disa’ minuti mit-tmiem f’azzjoni tipika ta’ kontrattakk li rajnihom jagħmlu bħala mhux darba fl-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil. Il-ballun intlagħab bejn erba’ plejers fi ftit sekondi b’ħeffa kbira u b’xi mod spiċċa f’saqajn is-sostitu Kramaric li minn tarf il-kaxxa għeleb lil Hogg.

 

Kienet wirja li tat kuraġġ lill-plejers Maltin. Il-kliem ta’ kuraġġ u fiduċja li esprimew il-plejers u l-kowċ nazzjonali wara l-partita jagħtu nifs u fiduċja kbira għall-partiti li jmissna f’Ta’ Qali kontra n-Norverġja u l-Italja.

 

Grazzi Malta!

 

L-iskwadri kompluti u aktar informazzjoni jinsabu hawn isfel:

 

Kroazja

 

Malta

23

Danijel Subašić (Gk)

1

Andrew Hogg  (GK)

4

Hrovje Milic

4

Steve Borg (R 31')

5

Vedran Ćorluka

5

Andrei Agius

6

Dejan Lovren

6

Ryan Fenech  (Y 60')

7

Ivan Rakitić

7

Clayton Failla

8

Alen Halilović (Sub out 67')

8

Paul Fenech  (Sub out 86')

10

Luka Modrić (G 46')

9

Michael Mifsud  (C) (Sub out 33')

11

Darijo Srna (C)

13

Andre' Schembri

14

Marcelo Brozović

15

Rowen Muscat  (Sub out 76')

17

Mario Mandžukić (Y 31', Sub out 79')

17

Ryan Camilleri

20

Mateo Kovačić (Sub out 46')

19

Zach Muscat

       
 

Sostituti

 

Sostituti

1

Ivan Vargić (Gk)

12

Justin Haber  (Gk)

12

Lovre Kalinić (Gk)

2

Jonathan Caruana

2

Šime Vrsaljko

3

Steve Bezzina  (Sub in 33')

3

Danijel Pranjić

10

Andrew Cohen

9

Nikica Jelavić (Sub in 46')

11

Edward Herrera

13

Duje Čop

14

Steve Pisani

16

Mario Pašalić

18

Bjorn Kristensen (Sub in 76')

18

Ivica Olić (Sub in 79')

20

Jean Paul Farrugia

19

Marko Pjaca

22

Ryan Scicluna  (Sub in 86')

21

Domagoj Vida

   

22

Andrej Kramarić (Sub in 67', G 81')

   
       
 

Kowċ

 

Kowċ

 

Niko Kovac

 

Pietro Ghedin

       
 

Referee

   
 

Vladislav Bezborodov (FIFA and Russia)

   
 

Assistant referees

   
 

Nikolai Golubev and Maksim Gavrilin (FIFA and Russia)

 

Raba’ uffiċjal

   
 

Valeri Danchenko (FIFA and Russia)

   
 

Assitant referees addizzjonali

   
 

Sergei Ivanov and Mikhail Vilkov (FIFA and Russia)

 
Official Sponsors
Commercial Partners