Archives

Il-Victor Tedesco Stadium approvat ‘FIFA 2 Star’

Published: 17-09-2014 11:10
image1 (102)
image2 (33)
 Il-Victor Tedesco Stadium, proprjeta’ ta’ Hamrun Spartans FC, dalgħodu ngħata uffiċjalment iċ-ċertifikat ‘FIFA Quality Programme for Football Turf – 2 Star’, wara li lbieraħ saret spezzjoni fuq il-wiċċ tal-pitch u li ġie approvat mill-FIFA.  It-tip ta’ sintetiku li jintuża fil-Victor Tedesco Stadium hu ‘Fieldturf Optimum 60-13,5’ u kien tpoġġa minn Intersteel Ltd ta’ Bulebel. Il-wiċċ kien ittestjat minn Labosport UK Ltd, li huma kumpanija akkreditata mill-FIFA biex jagħmlu dawn it-tip ta’ testijiet fuq l-uċuh sintetiċi. Huma kienu akkumpanjati minn Ludovico Micallef, Viċi President tal-Malta Football Association. Dan iċ-ċertifikat jagħti aċċess lill-UEFA biex tilgħab il-partiti tagħha li jkollha f’Malta fil-Victor Tedesco Stadium. Dan jibqa’ validu għal sena, mis-17 ta’ Settembru 2014 sas-16 ta’ Settembru 2015.