Malta Football Association
NEWS:
Illejla fis-7.00pm tintlagħab il-BOV Super Cup tan-nisa
Sep 29, 2014
Posted in:
General
Cups & Competitions

 

Illejla, fis-Centenary Stadium, tintlagħab il-finali tal-BOV Super Cup tan-nisa bejn Hibernians FC u Birkirkara FC. Il-partita tibda fis-7.00pm u se tkun ikkontrollata mir-referee Maria Rosaria Speranza mill-Federazzjoni ta’ San Marino.


 

Din se tkun id-disa’ finali fl-Istorja tal-BOV Super Cup tal-futbol tan-nisa u li minnhom dawn iż-żewġ timijiet rebħuha tliet darbiet. Id-darbtejn l-oħra li din it-Tazza ma ma marritx għand wieħed minn dawn iż-żewġ klabbs kienet marret darbtejn għand Mosta FC.

 

Il-Malta Football Association f’din il-ġurnata tal-finali għandha l-pjacir tħabbar it-tnehdija tal- ‘FIFA Live Your Goals’ programme f’ Malta! Din il-kampanja se tkun organizzata matul staġun sħiħ sabiex toħloq interess u b’hekk il-futbol għat-tfajliet ikompli jiżviluppa. L-MFA tistieden il-bniet żgħar kollha sabiex jippartecipaw f’dan l-avveniment tassew entużjażmanti.

Official Sponsors
Commercial Partners