Malta Football Association
NEWS:
Jinfetaħ il-Kerċem Ajax Stadium
Oct 10, 2014
Posted in:

Il-Ġimgħa 3 ta' Ottubru, il-Malta Football Association fetħet stadium ieħor f'Għawdex...il-Kerċem Stadium. Il-Kerċem Stadium se jservi biex ikompli jikber il-futbol f'Għawdex waqt li t-tfal fil-livell ta' grassroots isibu aktar faċilitajiet fejn jilagħbu l-futbol.


Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA, f'diskors illi għamel ħeġġeġ lill-awtoritajiet biex fejn hemm stennija ta' permessi, iħaffu fil-permessi biex tinfetaħ aktar struttura kemm jista' jkun malajr.

 

"Ħdimna fuq li ħdimna biex jinfetaħ dan l-istadium u m'hemmx dubju li dan il-ġojjell se jibqa' f'qalbi tul ħajti kollha," qal il-President tal-MFA.

 

L-istadium infetaħ mill-MFA, bl-għajnuna tal-GFA, il-Ministeru għal Għawdex u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Innovazzjoni.

Official Sponsors
Commercial Partners