Malta Football Association
NEWS:
“Malta ddefendew tajjeb u ma ħallewnix nilagħbu” – Antonio Conte
Oct 14, 2014
Posted in:
Ritratt: Joe Borg
Ritratt: Joe Borg

 

Antonio Conte, il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan, fil-konferenza stampa ta’ wara l-partita tal-bieraħ, qal li Malta ddefendiet tajjeb u għalina kien impossibbli li nilagħbu l-futbol li xtaqna nilagħbu.


 

“Konna nafu x’se jagħmlu Malta. Ingħalqu kollha fuq wara u kien diffiċli wisq għalina biex niskurjaw aktar. Irrid ngħid prosit lill-Maltin għal mod kif iddefendew u wrew dixxipplina tattika. Veru li stajna skurjajna aktar. Ilqattna l-lasti erba’ darbiet iżda fil-futbol jgħoddu biss il-blalen regolari li jidħlu fix-xibka. Irridu naċċettaw rebħa ta’ 1-0 li tfisser l-istess daqs kull rebħa oħra, jiġifieri tliet punti.”

 

Mistoqsi jekk it-tim Taljan għadux qiegħed jarah ftit bagħtut, Conte rrisponda li wara Tazza tad-Dinja diżastruża kulħadd reġa’ beda jaħdem biex jgħollu kemm jista’ jkun il-livell.

 

“S’issa kellhi erba’ partiti u rbaħhnihom l-erbgħa. Naħseb ilha ma tiġri lil xi kowċ nazzjonali Taljan minn żmien Dino Zoff. Wieħed ma jistax jinsa wkoll li fit-tim Taljan hemm plejers neqsien bħal Montolivo, Rossi, Balotelli, De Rossi u oħrajn. Issa kurjuż ħafna biex nara t-tim kif se jilgħab kontra l-Kroazja fil-partita li jmiss.”

 

L-Italja qiegħda fl-ewwel post ta’ Grupp H b’6 punti minn tliet partiti flimkien mal-Kroazja. 

Official Sponsors
Commercial Partners