Archives

Serbja 1 vs Malta 0: Tlifna partita li ddominajna

Published: 17-10-2014 18:20
image1 (102)
 It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-17-il sena ddomina għal ħin twil l-ewwel partita minn Grupp 8 ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropej iżda l-isfortuna reġgħet kienet għal darb’oħra fuq in-naħa tagħna billi sofrejna gowl uniku skurjat lejn l-aħħar kwart tal-partita biex ta l-ewwel tliet punti lis-Serbja. It-tim ta’ Sergio Soldano kellu partita mill-aqwa. 12-il tentattiv kontra sebgħa lejn il-lasti avversarja ma kinux biżżejjed biex insibu x-xibka. Anzi, aktar minnhekk, kienu s-Serbja li għamlu dan b’gowl uniku skurjat fil-71 minuta minn Nisic. L-istatistika tal-partita titkellem waħeda; tmien corners għal xejn, ballun mal-lasti kontra xejn, erba’ xuttijiet li ġew imblukkati minn quddiem il-gowlkiper avversarju kontra xejn u ħames xuttijiet kontra tlieta li ġew maqlugħin minn ħalq il-lasti li kważi kollha dehru gowls ċerti. Fl-istess Grupp, l-Olanda rebħu lill-Fillandja 2-0 biex issa. Malta tilgħab it-tieni partita minn dan il-Grupp il-Ħadd kontra l-Olanda fil-Jakovo Stadium fis-2.00pm Il-formazzjonijiet u aktar dettalji:  SerbiaMalta1Aleksandar Stanković (GK) 1Timothy Aquilina (GK) 2Sava Radić512Nicholas Pulis183Nikola Dukić 4Nick Ghio244Nikola Pejović 5Matthew Guillaumier (C) 5Dominik Dinga (C) 6Jean Borg 6Marko Šiškov 7Aidan Friggieri 7Stefan Ilić678David Xuereb639Tomislav Todorović 9Zachary Brincat7410Zehrudin Mehmedović 10Kieran Xuereb 11Petar Mićin4111Myles Beerman 14Jovan Nišić7114Michele Sansone53Sostituti12Marko Ilić (GK) 12Andreas Vella (GK) 8Filip Čermelj513Connor Zammit7413Erhan Mašović 13Carlos Grech 15Aleksandar Stanisavljević 15Russell Fenech5316Petar Milić6716Jamie Magri Overand