Malta Football Association
NEWS:
Malta 0 vs Olanda 1: Wirja oħra ta' kuraġġ
Oct 20, 2014
Posted in:

Wirja oħra qalbiena mit-tim nazzjonali Malti ta' taħt is-17-il sena ma kinitx biżżejjed biex evitat telfa oħra minima ta' 1-0 kontra l-qawwa tal-Olanda bl-uniku gowl tal-partita li wasal fit-22 minuta minn Janga.

 

Kienet wirja oħra kbira mit-tim nazzjonali ta' Sergio Soldano li tati kuraġġ li b'dan it-tim, u fil-futur, nistgħu verament ikollna skwadra nazzjonali li żżomm il-pass ma' pajjiżi kbar u ġganti fil-logħba tal-futbol. 

 

It-tim nazzjonali attakka daqs kemm iddefenda. Qatt ma beża' mill-avversarji tiegħu u f'ħafna mill-mumenti kienu huma li bdew jagħmlu l-partita u għalqu lill-Olandiżi fuq wara li għal mumenti twal dehru kuntenti b'rebħa minima u mqanżħa ta' 1-0. 

 

Malta setgħet saħansitra marret fil-vantaġġ fl-ewwel battuti tal-konfront meta Aiden Jake Friggieri kien imblukkat mill-gowlkiper Olandiż qabel tefa' fix-xibka, gowl li bla dubju kien jibdel l-andament tal-partita. Iżda għal darb'oħra, l-isħaba tal-isfortuna bħal donnha baqgħet fuqna u ma trid titlaqna b'xejn.

 

Mill-istess Grupp 8 ta' Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej, is-Serbja għelbu lill-Fillandja 2-0, biex issa l-aħħar partita tal-Grupp tintlagħab l-Erbgħa fis-2.00pm kontra l-Iskandinavi.

 

Id-dettalji kollha tal-partita kienu dawn: 


 

Malta

Malta

Netherlands

Olanda

1 Timothy Aquilina (GK)   1 Justin Bijlow (GK)  
2 Nicholas Pulis   3 Evans Fosu-Mensah (C)  
4 Nick Ghio   4 Jelle De Lange  
5 Matthew Guillaumier (C)   6 Rodney Kongolo
63
6 Jean Borg   7 Rashaan Fernandes
41
7 Aidan Friggieri   8 Carel Eiting  
8 David Xuereb   11 Javairo Dilrosun  
9 Zachary Brincat
30
13 Darren Sidoel
77
10 Kieran Xuereb   14 Shurendo Janga
22
11 Myles Beerman   15 Mats Knoester  
18 Benjamin Caruana
67
18 Mink Peeters  

Sostituti

12 Andreas Vella (GK)   16 Jeffrey De Lange (GK)  
3 Connor Zammit   2 Sherel Floranus
77
13 Carlos Grech
67
5 Danny Mühl  
14 Michele Sansone   9 Nigel Robertha  
15 Russell Fenech
30
10 Teun Bijleveld  
16 Jamie Magri Overand   12 Steven S<