Malta Football Association
NEWS:
Futsal: Marlow jiltaqa’ mal-kowċis lokali
Oct 30, 2014
Posted in:
Photos: Joe Borg
Photos: Joe Borg

  • Photos: Joe Borg

Mark Marlow, il-kowċ nazzjonali Malti tal-futsal,ilbierah iltaqa’ mal-kowċis lokali biex jaghmel introduzzjoni tal-istaff tekniku u fl-istess ħin isservi ta’opportunita’ biex il-klabbs isiru jafuh aktar. Marlow wera lill-kowċis tal-klabbs lokali li hemm bżonn li jippreparaw lill-plejers aħjar iktar minn qatt qabel peress li se jkollu l-plejers għad-dispożizzjoni tieghu10 t’ijiem qabel il-kompetizzjoni.

 

Marlow qal li bejn l-MFA u l-klabbs l-għan ewlieni għandu jkun il-ġid tal-logħba tal-futsal u t-tim nazzjonali nnifsu.

 

Hu kompla kompla tkellem fuq kemm hu importanti li jkun hemm viżjoni fit-tul fejn jidħol l-iżvilupp tal-logħba u li hemm bżonn li jibdew mit-tfal fin-nurseries li jipprattikaw dan l-isport. Hu saħaq li hemm bżonn ukoll ta’ iktar coaching cousres u seminars jew instructional meetings biex il-livell tal-logħba f’pajjiżna jkompli jogħla.

 

Punt iehor importanti kien li l-klabbs ikunu organizzati meta jiġu għas-sessjonijiet  ta’ taħriġu għalkemm ħafna klabbs ma jitħarrġux kuljum, xorta jridu jippreparaw  lill-plejers fiżikament u teknikament minħabba l-fatt li meta l-plejers ikunu man-nazzjonal ma jkunx hemm dak iċ-ċans li nippreparaw dawk l-aspetti. Hu qal li importanti wkoll li jkollu iktar plejers Maltin jilagħbu u għaldaqstant irid jara kif jattira iktar żgħażagħ lejn il-futsal.

 

Marlow tkellemn fuq il-programm tat-tim nazzjoanli li sejibda mill-1 ta’Novembru b’laqgħa mal-plejers u wara ssir sessjoni ta’ taħriġ. Hu qal li t-tim nazzjonali se jkollu tliet partiti ta’ ħbiberija ma’ timijiet lokali u anki tim magħżul ta’ barranin. It-tim jibda jitħarreġ kuljum flimkien mid-19 ta’ Novembru sakemm jilgħab l-ewwel partita kontra s-Serbja fid-29 ta’ Novembru. 


Official Sponsors
Commercial Partners