Archives

Malta vs Azerbaijan: Intervista ma' Ryan Camenzuli

Published: 10-11-2014 17:20
image1 (102)
Mark Attard, Media Officer, tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena Matul il-ġurnata ta' għada, is-sit www.mfa.com.mt, se juri intervista li saret illum lil Ryan Camenzuli, il-captain il-ġdid tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena, ftit jiem qabel il-partita ta' ħbiberija tal-Ħadd li ġej, li se tintlagħab fil-Hibernians Stadium, f'Kordin, u tibda fit-3.00pm. F'din l-intervista, Camenzuli jitkellem fuq ir-responsabbilta' ġdida li ngħata bil-faxxa tal-captain li tagħmlu l-iktar plejer li libes il-flokk ta' Malta f'din il-kategorija, eżattament 11-il darba. Jgħid kif inhu sejjer it-tim bi plejers ġodda li sejjaħ il-kowċ Silvio Vella filwaqt li juri fiduċja fil-grupp ta' plejers li qegħdin jiffurmaw din l-iskwadra, li fl-opinjoni tiegħu hi l-aktar waħda teknika mit-tliet timijiet differenti li lagħab fihom hu fl-aħħar snin f'din il-kategorija. L-istess intervista, minn għada, tkun tinstab ukoll fil-Fan Zone u fil-Facebook uffiċjali tal-MFA.